Home
News
News Feeds
History
Weekly Picture
Poeziji
Links
Advanced Search
Contact Us
Registration Help
Radju Prekursur Website
Radju Prekursur Webcast
XewkijaParish.org Website
WebTV
YouTube Channel
Find us on Facebook
facebook-icon
Video Channels
youtube
Login Form
Username

Password

Remember me
Password Reminder
Syndicate
Like this page - Share It
Bookmark and Share
WHO'S ONLINE
We have 25 guests online
Merhba fuq il-portal tax-Xewkija.
Sahhartna Bi Gmielek - 170 Sena Fostna
User Rating: / 2
Written by Mario Borg   
Jun 19, 2015 at 04:45 AM
 Old Photo of St John

Imnebbah mis-smewwiet l-artist li sawrek,
mill-qalba tal-injam ta’ Tuta xiha,
mbierka kienu l-ghodod li medd fuqek,
biex hareg hekk xbiehetek tant sabiha.

Nisthajjel l-iskalpell jobrox il-qoxra,
inehhi dak li mhux fil-qies tas-sura,
dur idur maz-zokk jgharrex, ifittex,
sa ma’ ftit ftit jitmelles mal-figura.

Minn kmieni qieghed Gwanni ga jurina,
hekk kif l-artist iz-zokk qieghed jizmarra,
dak li m’huwiex mehtieg imur,jitnehha,
“jekk sigra ma troddx frott titqaccat barra.”

U jonqsu id-daqqiet fis-sahha taghhom,
kif tibda’ tfigg quddiemu sew ix-xbieha,
ckien sewwa l-iskalpell, twarbet il-mazza,
ghax issa l-ifjen hidma daqt mibdija.
   

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Jun 19, 2015 at 04:46 AM )
Read more...
L-ewwel jum tat-Tridu - L-Erbgha 17 ta' Gunju 2015
User Rating: / 0
Written by Frans Galea   
Jun 18, 2015 at 07:02 AM

    Il-bierah l-Erbgha 17 ta' Gunju 2015 kien l-ewwel jum tat-tridu tal-Festa ta' din is-sena. Barra dan kien ukoll Jum it-Tikira tal-Konsagrazzjoni tar-Rotunda. Fis 7.30pm kien hemm Koncelebrazzjoni mmexxija min Fr. Alfred Grima fejn il W.R. Kappilan Anthony Galea Scannura ghamel il-priedka. Wara kien hemm l-Antifona u l-Barka Sagrementali min Dun Gwann Mizzi. Imbaghad fid 9.30pm il-Banda Ite ad Joseph tal-Qala ghamlet marc madwar il-plots tal-Hamrija li minkeja ir-rih qawwi xorta gibet numru sabih ta' nies. Fl-ahhar tal-marc l-istatwa ta' San Gwann ittellet fuq il-pedistal taghha fost id-daqq ta' l-innu marc u l-kant tal-poplu. [ Ritratt: Frans Galea ] Ghal aktar ritratti u video ara il-Facebook page tax-Xewkija.net

DSC_3414-1024
 L-istatwa ta' San Gwann tal-Hamrija

 

Write Comment (0 comments)
Programm kbir mill-Banda Prekursur
User Rating: / 0
Written by Frans Galea   
Jun 17, 2015 at 07:54 PM

      Nhar it-Tlieta 16 ta' Gunju 2015, il-Banda Prekursur tax-Xewkija tellghet Programm muzikali u vokali fi Triq   Santa Katerina ix-Xewkija fl-okkazzjjoni tal-Festa ta' San Gwann Battista 2015.Il-Banda kienet taht id-Direzzjoni tas-Surmast Anthony Borg u daqqet diversi  siltiet muzikali fosthon Kanzonetta gdida miktuba min Mario Borg u muzika tas-Surmast Anthony Borg li giet kantata min Marthese Borg. Imbaghad fl-ahhar ghalqet bl-innu '' La nattivita' di San GovanniBattista '' .Saru ukoll diversi diskorsi ta' l-okkazjoni u il-Programm kien prezentat min Joe Chetcuti u Svetlana Vella. Ghal-izjed ritratti ara il-Facebook page tax-Xewkija.net

DSC_3342-1024
 Is-Surmast Anthony Borg jidderiegi
l-Banda Prekursur

 

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Jun 17, 2015 at 07:57 PM )
L-iskultur Pietru Pawl Azzopardi - Hajtu w Hidmietu
User Rating: / 3
Written by Claudio Vella   
Jun 17, 2015 at 01:00 AM

 Konnessjoni u dahla
Il-konnessjoni ta’ l-iskultur Pietru Pawl Azzopardi mar rahal tax-Xewkija hija bla dubju ta’ xejn l-iskultura fl-injam tal-istatwa titulari ta’ San Gwann il-Battista  meqjuma fil-knisja parrokjali. Din is-sena qed niccelebraw il-170 sena mill-wasla ta’ dan il-kapolavur.
Ser naghtu harsa lejn ix-xoghiliet tieghu, hajtu w harsa artistika lejn l-istatwa ta’ San Gwann Battista. Informazzjoni li gbart min kotba, artikli w nformazzjoni ohra li sibt fuq l-internet.

 
PietruPawlAzzopardiJiskolpixxiLilSanGwannBattista_ClaudioVellaArtisticImpression

 

Il-bidu tal-hajja tieghu
Pietru Pawl twieled il-Belt Valletta fl-20 ta’ April 1791. Missieru, Antonio kien min Bormla u ommu Marija, nee Camilleri mill Furjana. Kien it-tielet wild, u gie mghammed fil-knisja ta’ San Pawl Nawfragu l-Belt Valletta fejn tawh l-ismijiet ta’ Salvatore, Giuseppe, Petrus Paulus u Jeremias, imma beda jigi msejjah bit-tielet isem, dak ta’ Pietru Pawl.

(Biex tisma dan l-artiklu f'format MP3, u biex tara l-kumplament ta l-artiklu - ikklikja Read more)

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Jun 16, 2015 at 08:59 PM )
Read more...
Il-Banda Prekursur tiftah il-Gimgha tal-Festa bil-Marc tal-Gibjun
User Rating: / 0
Written by Frans Galea   
Jun 16, 2015 at 11:49 AM

       Il-bierah it-Tnejn 15 ta' Gunju 2015, il-Banda Prekursur tax-Xewkija tat bidu ghal-Festi ta' barra ta' din is-sena. Il-Banda ghamlet il-Barc maghruf bhala tal-Gibjun li beda mil-Pjazza tax-Xewkija u spicca hdejn il-Gibjun fit-tarf ta' Triq il-Kbira. Fit tmiem il-marc l-istatwa ta' San Gwann ittelghet fuq il-Pedistal  taghha fost il-kant ta' l-innu marc mil-poplu Xewki. Ghal aktar ritratti ara il-Facebook page tax-Xewkija.net

DSC_3208-1024
 Briju miz-zghazagh waqt il-marc

 

 

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Jun 16, 2015 at 10:51 AM )
<< Start < Previous 41 42 43 44 45 46 47 48 49 50 Next > End >>

Monday, 23 rd December 2024
09:34 
A+ | A- | Reset