Sliem ghalik, mahbub Giovanni, int ta’ Kristu l-Prekursur. Gejt biex inti t-triq thejji, Tal-Mibghut, tas-Salvatur.
Meta kont ghadek f’guf ommok, Huwa gie lilek izur. U kif lilek hasset ommok, b’tifhir kliemha, fommha jfur.
Tassew ismek kien tal-ghageb, kif semghuh hasbuh kien zball. Kif inkiteb l-isem tieghek, fomm missierek, dlonk inhall.
Ghext int hajtek tigri u tghallem. Darek kienet id-dezert. “ Hejju ruhkom ghall-Messija “, mill-pjan t’Alla int kont cert.
Minnek Huwa ried jitghammed, ghalhekk gie u resaq qrib. Hoss mis-sema smajt jitlissen, li fih Alla ghaxqa jsib.
Lil Erodi int dlonk twissi, meta f’hajtu jwettaq zball. B’adulterju lilu tixli, ghax iz-zwieg qatt ma jinhall.
U ghalhekk Erodja tizber, li tnehhiek, toqtlok tixtieq. F’mohhha thejji pjan mill-ehzen, u tistenna iz-zmien mixtieq.
F’jum gheluq snin, dan Erodi, tohrog tizfen Salome`. Wara dak iz-zfin, wisq hajjen, jitlef ghaqlu dlonk ir-re.
Jahlef, u jweghedha kollox, kull ma trid, kull ma tixtieq. U bil-hniena, lilha jitlob, li zifn’ ohra, jrid, jixtieq.
Nofs saltnatu, kien lest jaghti, basta lilu, gost taghtih. Basta terga’, ghal darb’ ohra, b’dak iz-zfin, lilu tpaxxih.
Fis hi tmur, quddiem dik ommha, li malajr, ras Gwanni titlob. “Ras dak Gwanni l-Ghammiedi, bhala hlas int ghandek titlob”.
“Lil ras Gwanni, jien qed nitlob. Rasu rridha, fis fuq platt!” Zgur li bhal, dik ir-risposta, hu ma kien, jistenna qatt.
Dieqa kbira, hakmet f’qalbu. Ma jzommx kelmtu ,ma setax. Johrog gifa, quddiem shabu, zgur li f’qalbu, hu ma xtaqx.
Ordna ghalhekk, li jwettqu l-amar, u lir-rasek, huma jaqtghu. B’hekk it-talba, ta’ dit-tfajla zgur ikunu, jistghu jilqghu.
Kienet kiefra, il-kundanna. L-art iccapset, kollha dmija. Hekk kif hasdu, lil dik rasek, minn go gismek, harget dija.
U dlonk l-anglu, jinzel f’lehha, biex lir-ruhek, huwa jtella’. Ghax bil-mewt, wisq kiefra tieghek, gejt imsaffi minn kull tebgha.
Mario Attard 21 ta’ Settembru 2014
Write Comment (0 comments) |