Written by Frans Galea
|
Dec 21, 2014 at 01:07 PM |
Il-bierah is-Sibt 20 ta'Dicembru 2014, il-President ta' Malta kienet Ghawdex biex tircievi d-donazzjonijiet ghal-Istrina ta' din is-sena min ghand il-poplu Ghawdxi. Ftit wara is-saghtejn ta' wara nofs in-nhar, il-President flimkien mar-ragel taghha waslu x-Xewkija fejn kien hemm programm varjat imtella mil-Kunsill Lokali tax-Xewkija flimkien ma' l-ghaqdiet tax-Xewkija. Fil-programm hadet sehem il-Youth Band tal-Banda Prekursur taht id-Direzzjoni tas-Surmast Mark Gauci flimkien mal-kantanta mix-Xewkija Sarah Bonnici. Is-Sindku tax-Xewkija s-Sur Paul Azzopardi ghamel diskors ta' merhba flimkien ma' l-Arcipriet tax-Xewkija Mons. Carmelo Mercieca. Fl-ahhar il-President ta' Malta ukoll ghamlet id-diskors ghal din l-okkazjoni fejn rringrazzjat lil poplu Xewki li flimkien mal-kumpalment tal-poplu malti u ghawdxi ikontribwixxa billi ta d-donazzjoni tieghu b'risq l-istrina 2014. Kien hemm hafna nies li hafna minnhom hadu l-okkazzjoni biex jiehdu ritratt mal-President. [ Ritratti: Joseph Grima ] Ghal-izjed ritratti zur il-Facebook page tax-Xewkija.net
| Is-Sindku Paul Azzopardi jipprezenta somma flus lil-President ta' Malta |
Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Dec 28, 2014 at 08:19 AM )
|
Read more...
|