Merhba fuq il-portal tax-Xewkija.
Written by Frans Galea
|
Jun 20, 2014 at 08:54 AM |
Folol kbar ta' Xewkin, Ghawdxin, Maltin u turisti il-bierah imlew Triq San Bert biex jaraw il-Briju u l-Kant tal-poplu Xewki waqt il-marc kolossali tal-Hamis fil-Festa ta' San Gwann Battista ta' din is-sena, maghruf ahjar bhala l-Marc tal-Hniena. Fil-marc daqqew il-Banda Prekursur flimkien ml-Banda San Guzepp ta' Ghajnsielem. Kif il-marc wasal il-pjazza ttella' dokumentarju dwar il-Banda Prekursur f'gheluq il-85 Anniversarju mit-twaqqif ta' din is-Socjeta filwaqt li l-inawgurazzjoni tal-Umbrellun mill-Kumitat Zaghzagh Brijuzi Xewkin thalla ghal nhar il-Hadd li gej, 22 ta Gunju, minhabba ir-rih. Il-marc intemm fi Triq San Zakkarija fejn l-istatwa ta' San Gwann iz-zghir ittellghet fuq il-pedistal taghha. [ Ritratti: Frans Galea ] Ghal izjed ritratti u videos zur il-Facebook page tax-Xewkija.net
| Il-Pjazza mahnuqa bin nies waqt il-marc tal-Hamis
| Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Jun 21, 2014 at 02:45 PM )
|
Read more...
|
|
Written by Frans Galea
|
Jun 19, 2014 at 11:00 AM |
Il-bierah l-Erbgha 18 ta' Gunju 2014, il-Festa ta' San Gwann Battista fix-Xewkija tkompliet bil-marc fl-inhawi tal-Hamrija. Nistghu nghidu li dan il-marc min sena ghal ohra qed izid kemm fil-briju u anke fil-popolarita tieghu. Il-marc ta' din is-sena sar mil-Banda ''Ite ad Joseph'' tal-Qala u fi tmiem tieghu l-istatwa ta' San Gwann ittelghet fuq il-Pedistal taghha hdejn l-iskola Primarja tax-Xewkija fost il-kant ta' l-innu marc, hruq tan-nar u birju iehor. Wara kien hemm ukoll in-nar ta' l-art. [ Ritratti: Frans Galea ]
| Waqt il-preparamenti biex l-istatwa ta' San Gwann tittella fuq il-Pedistal
|
Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Jun 20, 2014 at 10:16 AM )
|
Read more...
|
|
Written by Frans Galea
|
Jun 19, 2014 at 09:39 AM |
Il-preparamenti ghal-Marc brijuz tal-lejla bhal issa ghaddejin b'ritmu mghaggel. Infatti gruppi differenti ta' zghazagh mil-Kumitat Zghazagh Brijuzi jinsabu ghaddejin bil-hidma taghhom f'postijiet differenti. Ghalkemm illum qed jonfoh ftit tar-rih mhux hazin u ghalekk is-sorpriza il-kbira taz-zghazagh thalliet ghal jum iehor xorta mistenni li jkun hawn briju mil-aqwa u mijiet ta' Ghawdxin u Maltin li jigu ix-Xewkija jgawdu dan il-Marc kbir. [ Ritratti: Frans Galea ]
| Waqt il-preparamenti miz-zghazagh fic Centru Parrokjali |
Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Jun 20, 2014 at 10:17 AM )
|
Read more...
|
|
Written by Frans Galea
|
Jun 18, 2014 at 01:25 PM |
Il-bierah it-Tlieta 17 ta' Gunju 2014, il-Banda Prekursur tax-Xewkija tellghet Programm Muzikali annwali tal-Festa ta' San Gwann. Bhas snin ohra dan il-Programm sar fi Triq Santa Katarina ( Hdejn il-Kazin ) u kien ipprezentat min Joe Chetcuti u Vanessa Attard. Fost il-bicciet li ghazel is-Surmast Anthony Borg kien hemm il-Grand March ta' l-Opra Aida ta' G. Verdi, silta miktuba mis-Surmast A. Mercieca, kif ukoll Kanzunetta "Zaghzugha ta 85" bi kliem ta' Mario Borg, Muzika tas-Surmast Direttur Anthony Borg u kantata min Marthese Borg kanzunetta li nkitbet f'gheluq il-85 sena mit-twaqqif tal-Banda Prekursur. Prezenti kien hemm l-Arcipriet tax-Xewkija Mons. Carmelo Mercieca, Is-Sindku Paul Azzopardi kif ukoll il-Ministru ghal-Ghawdex Dr. Anton Refalo. [ Ritratti: Frans Galea ] Ghal izjed ritratti zur il-Facebook page tax-Xewkija. net
| Prezentazzjoni ta' Standart lil Banda mil-Emigranti gewwa Sydney |
Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Jun 26, 2014 at 05:44 PM )
|
Read more...
|
|
Written by Frans Galea
|
Jun 18, 2014 at 06:23 AM |
Nhar it-Tnejn 16 ta' Gunju 2014, wara il-Hrug ta' San Gwann min Nicca beda l-ewwel Marc fil-Festa ta' din is-sena mil-Banda Prekursur tax-Xewkija. Il-marc beda mil-Pjazza u spicca hdejn il-Gibjun ta' Triq il-Kbira fejn l-Istatwa ta' San Gwann ittelghet fuq il-pedistal taghha fost il-kant ta' l-Innu Marc miz-zghazagh u l-poplu li minkejja li ghal xi hin taqqret ix-xita xorta attendew bi hgarhom ghal dan l-ewwel marc tal-Festa. [ Ritratti: Frans Galea ] Ghal izjed ritratti zur il-Facebook page tax-Xewkija.net
| L-Istatwa ta' San Gwann titella fuq il-Pedistal taghha fost il-Kant tal-Poplu
|
Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Jun 20, 2014 at 10:27 AM )
|
Read more...
|
|
|
|
<< Start < Previous 51 52 53 54 55 56 57 58 59 60 Next > End >>
|