Home
News
News Feeds
History
Weekly Picture
Poeziji
Links
Advanced Search
Contact Us
Registration Help
Radju Prekursur Website
Radju Prekursur Webcast
XewkijaParish.org Website
WebTV
YouTube Channel
Find us on Facebook
facebook-icon
Video Channels
youtube
Login Form
Username

Password

Remember me
Password Reminder
Syndicate
Like this page - Share It
Bookmark and Share
WHO'S ONLINE
We have 22 guests online
Merhba fuq il-portal tax-Xewkija.
Folol kbar ghall-Marc Grandjuz tal-Hniena
User Rating: / 0
Written by Frans Galea   
Jun 20, 2014 at 08:54 AM

         Folol kbar ta' Xewkin, Ghawdxin, Maltin u turisti il-bierah imlew Triq San Bert biex jaraw il-Briju u l-Kant tal-poplu Xewki waqt il-marc kolossali tal-Hamis fil-Festa ta' San Gwann Battista ta' din is-sena, maghruf ahjar bhala l-Marc tal-Hniena. Fil-marc daqqew il-Banda Prekursur flimkien ml-Banda San Guzepp ta' Ghajnsielem. Kif il-marc wasal il-pjazza ttella' dokumentarju dwar il-Banda Prekursur f'gheluq il-85 Anniversarju mit-twaqqif ta' din is-Socjeta filwaqt li l-inawgurazzjoni tal-Umbrellun mill-Kumitat Zaghzagh Brijuzi Xewkin thalla ghal nhar il-Hadd li gej, 22 ta Gunju, minhabba ir-rih. Il-marc intemm fi Triq San Zakkarija fejn l-istatwa ta' San Gwann iz-zghir ittellghet fuq il-pedistal taghha. [ Ritratti: Frans Galea ] Ghal izjed ritratti u videos zur il-Facebook page tax-Xewkija.net

 

IMG_0983-1024
 Il-Pjazza mahnuqa bin nies waqt
il-marc tal-Hamis
Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Jun 21, 2014 at 02:45 PM )
Read more...
Il-Banda ''Ite ad Joseph" tal-Qala taghmel il-marc brijuz tal-Hamrija
User Rating: / 1
Written by Frans Galea   
Jun 19, 2014 at 11:00 AM

          Il-bierah l-Erbgha 18 ta' Gunju 2014, il-Festa  ta' San Gwann Battista fix-Xewkija tkompliet bil-marc fl-inhawi tal-Hamrija. Nistghu nghidu li dan il-marc min sena ghal ohra qed izid kemm fil-briju u anke fil-popolarita tieghu. Il-marc ta' din is-sena sar mil-Banda ''Ite ad Joseph''  tal-Qala u fi tmiem tieghu l-istatwa ta' San Gwann ittelghet fuq il-Pedistal taghha hdejn l-iskola Primarja tax-Xewkija fost il-kant ta' l-innu marc, hruq tan-nar u birju iehor. Wara kien hemm ukoll in-nar ta' l-art. [ Ritratti: Frans Galea ]

IMG_0796-1024
 Waqt il-preparamenti biex l-istatwa
ta' San Gwann tittella fuq il-Pedistal

 

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Jun 20, 2014 at 10:16 AM )
Read more...
L-Ahhar preparazzjoni ghal-Marc popolari tal-Hamis
User Rating: / 0
Written by Frans Galea   
Jun 19, 2014 at 09:39 AM

          Il-preparamenti ghal-Marc brijuz tal-lejla bhal issa ghaddejin b'ritmu mghaggel. Infatti gruppi differenti ta' zghazagh mil-Kumitat Zghazagh Brijuzi jinsabu ghaddejin bil-hidma taghhom f'postijiet differenti. Ghalkemm illum qed jonfoh ftit tar-rih mhux hazin u ghalekk is-sorpriza il-kbira taz-zghazagh thalliet ghal jum iehor xorta mistenni li jkun hawn briju mil-aqwa u mijiet ta' Ghawdxin u Maltin li jigu ix-Xewkija jgawdu dan il-Marc kbir. [ Ritratti: Frans Galea ]

20140619_121546-1024
 Waqt il-preparamenti miz-zghazagh
fic Centru Parrokjali

 

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Jun 20, 2014 at 10:17 AM )
Read more...
Programm eccezjonali mil-Banda Prekursur tax-Xewkija
User Rating: / 0
Written by Frans Galea   
Jun 18, 2014 at 01:25 PM

      Il-bierah it-Tlieta 17 ta' Gunju 2014, il-Banda Prekursur tax-Xewkija tellghet Programm Muzikali annwali tal-Festa ta' San Gwann. Bhas snin ohra dan il-Programm sar fi Triq Santa Katarina ( Hdejn il-Kazin ) u kien ipprezentat min Joe Chetcuti u Vanessa Attard. Fost il-bicciet li ghazel is-Surmast Anthony Borg kien hemm il-Grand March ta' l-Opra Aida ta' G. Verdi, silta miktuba mis-Surmast A. Mercieca, kif ukoll Kanzunetta "Zaghzugha ta 85" bi kliem ta' Mario Borg, Muzika tas-Surmast Direttur Anthony Borg u kantata min Marthese Borg kanzunetta li nkitbet  f'gheluq il-85 sena mit-twaqqif tal-Banda Prekursur.  Prezenti kien hemm l-Arcipriet tax-Xewkija Mons. Carmelo Mercieca, Is-Sindku Paul Azzopardi kif ukoll il-Ministru ghal-Ghawdex Dr. Anton Refalo. [ Ritratti: Frans Galea ] Ghal izjed ritratti zur il-Facebook page tax-Xewkija. net

IMG_0654-1024
 Prezentazzjoni ta' Standart lil Banda
mil-Emigranti   gewwa Sydney

 

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Jun 26, 2014 at 05:44 PM )
Read more...
Marc iehor kbir tal-Gibjun
User Rating: / 0
Written by Frans Galea   
Jun 18, 2014 at 06:23 AM

          Nhar it-Tnejn 16 ta' Gunju 2014, wara il-Hrug ta' San Gwann min Nicca beda l-ewwel Marc fil-Festa ta' din is-sena mil-Banda Prekursur tax-Xewkija. Il-marc beda mil-Pjazza u spicca hdejn il-Gibjun ta' Triq il-Kbira fejn l-Istatwa ta' San Gwann ittelghet fuq il-pedistal taghha fost il-kant ta' l-Innu Marc miz-zghazagh u l-poplu li minkejja li ghal xi hin taqqret ix-xita xorta attendew bi hgarhom ghal dan l-ewwel marc tal-Festa. [ Ritratti: Frans Galea ] Ghal izjed ritratti zur il-Facebook page tax-Xewkija.net

IMG_0475-1024
 L-Istatwa ta' San Gwann titella fuq
il-Pedistal taghha fost il-Kant tal-Poplu

 

Write Comment (0 comments)
Last Updated ( Jun 20, 2014 at 10:27 AM )
Read more...
<< Start < Previous 51 52 53 54 55 56 57 58 59 60 Next > End >>

Monday, 23 rd December 2024
14:29 
A+ | A- | Reset