Xhur shah jien dan il-jum ilni nistenna, hlomt bih dan il-mument is-sena kollha, u issa ninsab hawn f’din ir-Rotunda, bil-ferh imfawra qalbi, f’nofs il-folla. Ftit iehor u c-cappetti kbar icedu, u l-hoss taz-zaqzieq taghhom armonija, li jpaxxi s-smiegh bhall-isbah melodija, u toqrob hekk fi tmiemha l-istennija. Il-bieba bdiet bil-mod il-mod titbexxaq, caqcieq l-injam wasalli sew f’widnejja, u xirfet helu helu l-isbah xbieha, u b’pass kajman bdiet riesqa, toqrob lejja. F’capcip li jtarrax dlonk tinfexx il-kotra, u z-zghazagh taht l-istatwa ghalenija, mal-koppla “l-Innu Marc” idur, jirbombja, b’sinjal li bdew il-festi fix-Xewkija. U harsti dlonk ma’ tieghek tmur tiltaqa’, ghax daqt se taqbad tiela’ il-korsija, w’ghal ftit sekondi biss qabel tahrabli, ‘ttennili int mill-gdid elf mistoqsija. “X’ghamilt dis-sena aktar minn snin ohra, sabiex tkun dehen li ismi ggib fuq gbinek? minn tnax il-xahar li Alla mar jisilfek, kemm kont lest illi lura ttiH minn hinek? X’ghamilt dis-sena aktar minn snin ohra, biex “Prekursur” war’ ismek lilek naghti? kemm int “Werrej” ta’ Kristu kull fejn tghammar, w’ ghall ismU bhali tkun lest illi tbati? X’ghamilt dis-sena aktar minn snin ohra, sabiex tkun “il-habbâr” f’kull post li zzur? taghlimU bhali twassal fejn mhux mgharraf, u tkun ghall-messagg tieghu difensur?
X’ghamilt dis-sena aktar minn snin ohra? imkien “il-Lehen” tieghek ma semmajt, kull meta l-ligi t’Alla giet imkasbra, ghazilt li ta’ bir-ruhek xejn ma rajt. |