Written by Frans Galea
|
Feb 28, 2014 at 10:03 AM |
Ftit taz-zmien ilu inghata bidu ghal-Gemillagg gdid ghax-Xewkija. Din id-darba il-Gemillagg ser ikun bejn ix-Xewkija u Pachino fi Sqallija. Nistghu nghidu li din id-darba vera hemm rabta fil-qrib bejn dawn iz-zewgt postijiet u dan ghal-fatt li skond studju li ghamlu Dr. Arnold Cassola u Dr. Silvio Aliffi ix-Xewkin kienu mil-ewwel abbitanti ta' Pachino. Infatti ftit tal-gimghat ilu Dr. Cassola flimkien mas-Sindku tax-Xewkija Paul Azzopardi kienu f'Pachino fejn kien inghawgurat li-istudju dwar dawn iz-zewgt irhula li tmur lura mijiet ta' snin. Is-Sinku tax-Xewkija ipprezenta rigali lis-Sindku ta' Pachino Dr. Paolo Bonauito . Issa ghada is-Sibt l-ewwel ta' Marzu 2014 ser ikun fostna is-Sindku ta' Pachino biex jipprezenta kotba lil ghaqdiet tax-Xewkija. Ic-ceremonja ser issir fil-Muzew ta' l-Iskultura tax-Xewkija u tibda fl-4.30pm. Prezenti ser ikun hemm il-Kunsilliera tax-Xewkija kif ukoll il-Ministru ghal-Ghawdex Dr. Anton Refalo.
| Is-Sindku tax-Xewkija jipprezenta tifkira lis-Sindku ta' Pacchino |
Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Feb 28, 2014 at 10:26 AM )
|