L-ark izejjen id-dhul fil-Belt Valletta fl-1913 L-24 Kungress Ewkaristiku Internazzjoni kien sar f'Malta bejn it-23 u s-27 ta' April 1913. F'dan il-kungress jiltaqghu l-kleru, religjuzi, lajci w numru ta' Kardinali li jaghtu xhieda tal Prezenza ta' Kristu fl-Ewkaristija. F'dan il-kungress jingabru massa kbira ta' nies, normalment fil-miftuh, jitolbu u jaduraw lil Kristu fl-Ewkaristija. Il-hamsin u l-ahhar kungress Ewkaristiku li sar, sar gewwa Dublin fl-Irlanda, f' Gunju 2012. Fil-kungress li kien sar Malta mitt sena ilu, kien tmexxa mill-Kardinal Domenico Ferrata fost Kardinali ohra. Hu kien wasal fit-22 ta' April 1913 fuq RN HMS Hussar fil-port il-Kbir. Saru celebrazzjonijiet il-Belt Valletta, il-Furjana w hafna rhula ohra f' Malta u Ghawdex. Kienu diversi postijiet li ttellghu attivitajiet. Il-Furjana sar il-mafkar ta' l-Ewkaristija mahdum min Antonio Scortino. Ark li kien sar ghall-okkazjoni kien intrema hdejn bieb il-belt. Dan l-ark ghandu rabta sewwa max-Xewkija, ghax dan l-ark ingab fix-Xewkija, u ghadu jintrema ta' kull sena ghal festa ta' San Gwann Battista. Ricentament dan l-ark kien ukoll irrestawrat. L-ghanja - 'Nadurawk Ja Hobz tas-Sema' kienet inkitbet ukoll ghal din l-okkazjoni. Din inkitbet min Dun Karm Psaila w muzika ta' Mro. Giuseppe Caruana. Dan l-innu ghadu jitkanta sal-llum, anke barra min Malta specjalment il-Polonja. F' Ghawdex kienu saru wkoll festi kbar, u kienu saru celebrazzjonijiet f'Ghajnsielem, ix-Xewkija w ir-Rabat, specjalment il-Katidral w anke l-Knisja ta' Savina li hi ddedikata ghal Kristu Ewkaristiku. Aktar ritratti w nformazzjoni....ikkikkja 'Read More' Write Comment (0 comments) |