Written by Frans Galea
|
Jul 05, 2012 at 12:55 PM |
Nhar is-Sibt 23 ta' Gunju 2012, Radju Prekursur ghamel telefonata max-Xewkin gewwa Melbourne l-Awstralja li issa saret sinonima max-Xewkin kollha. Hutna mill-Awstralja taw l-awguri taghhom ghall-festa ta' San Gwann li kienu qeghdin jiccelebraw huma wkoll. Din is-sena saret innovazzjoni ohra fejn minbarra l-kollegamenti mal-Awstralja saru wkoll telefonati ma' sacerdoti Xewkin madwar id-dinja fejn dawn setghu jaghtu il-messaggi taghhom lill-emigranti wkoll fl-istess hin. Fost dawk li hadu sehem f'dan il-programm specjali kienu Fr. Joseph Grima minn gewwa l-Kanada, Dun Salv Vella mill-Brazil, Dun Guzepp Camilleri li kien Ghawdex pero jghin fil-Gwatamala u Fr. Trevor Sultana li wkoll kien fostna ghall-festa wara li gie ghal ftit jiem mill-Italja. L-Arcipriet Mons. Carmelo Mercieca ghadda l-messagg tieghu waqt il-programm. Il-programm kien ipprezentat minn Lorry Zammit, Frans Galea u Joanna Falzon flimkien ma' emigranti Xewkin li kienu fostna ghall-festa. [ Ritratti: Joseph Xuereb u Stefan Bugeja ] | L-Arcipriet tax-Xewkija jghaddi l-messagg tieghu lill-emigranti
| Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Jul 06, 2012 at 05:31 AM )
|
Read more...
|