Written by Frans Galea
|
Jun 18, 2012 at 05:50 AM |
Il-bierah il-Hadd 17 ta' Gunju gew fi tmiemhon l-attivitajiet marbuta mal-''Fiori d'Argenta'', organizzati mill-Kunsill Lokali tax-Xewkija. Dawn l-attivitajiet kienu mifruxa fuq tlitt ijiem u kienu jikkonsistu f'wirjiet minn diversi gruppi folkloristici, il-Huggiega ta' San Gwann, wirja ta' Falkuni, rokna minn Sahhtek l-Ewwel, marc mill-Banda Prekursur u tberik tal-annimali mill-Arcipriet tax-Xewkija. Is-Sibt kien hemm ukoll l-akbar torta tal-Bajtar ta' San Gwann u spettaklu kbir ta' dawl sinkronizzat mal-muzika minn Nexo. Kien hemm ukoll wirjiet ta' artigjanar Malti u wirja dwar il-Progett Regjonali ta' Mgarr ix-Xini. Ghat-tfal kien hemm ukoll rokna tal-loghob. Nistghu nghidu li din is-sena ''Fiori d'Argenta'' rega' kien success kbir li zgur jawgura tajjeb ghall-futur . [ Ritratti: Tony Buhagiar u Frans Galea ]
| Dr. Monica Vella flimkien mal-Kunsillieri Teddy Mizzi u Hubert Saliba waqt il-prezentazzjoni tat-Trofej
| Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Jun 18, 2012 at 09:10 AM )
|
Read more...
|