Written by Frans Galea
|
Jul 22, 2011 at 09:40 AM |
Bejn nhar l-Erbgha 13 u t-Tnejn 18 ta' Lulju l-abbatini tal-parrocca taghna, flimkien mal-genituri taghhom, ghamlu esperjenza gewwa Ruma, organizzata mis-seminarista Mario Curmi. Il-grupp, li b'kollox kien ta' 32, qaghad gewwa l-parrocca tan-Nativita ta' Sidna Gesu Kristu, fejn hemm xi sacerdoti Ghawdxin iservu. Fost il-postijiet li zaru nsemmu San Giovanni in Laterano, Scala Santa, Santa Croce in Gerusalemme, il-Bazilika ta' San Pietru, il-Pantheon, iz-zoo di Roma, il-Kolossew, il-monti kbir ta' Porta Portese, il-Bazilici ta' San Paolo fuori le mura u Santa Maria Maggiore, Tivoli u anke l-belt ta' Assisi. Kienet esperjenza tassew sabiha li tibqa' fil-mohh u fil-qalb ta' kull min kien prezenti. Nirringrazzjaw lis-seminarista Mario Curmi mhux biss ta' din is-safra li organizza imma anke ta' dawn is-sentejn li fihom hadem fil-parrocca taghna.[ Informazjoni: Dun Trevor Sultana Ritratti: Joseph Cefai ] | L-abbatini flimkien mas-Seminarista Mario Curmi u Dun Trevor Sultana fuq il-bazilika ta' San Pietru fil-Vatikan
| Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Jul 29, 2011 at 05:56 AM )
|