(Tislima lil Zakkarija Cilia-Patrijott Xewki) Tghallimna minn ckunitna li ‘mfietah is-Smewwiet, f’idejn San Pietru fdati mill-ibghad zminijiet. ‘Mma llum qieghed nisthajjel mal-Bieb lil Gwanni ssib, jistenna b’herqa qieghed il-wasla ta’ habib. “Min hu?” staqsih San Pietru: “Lil min qieghed tistenna? Ghaliex trid toqghod inti illum fil-bieb tal-Genna?” “Dar-ragel wisq ghal qalbi, imwieled ix-Xewkija, devot kbir ta’ Missieri, u bhalu Zakkarija. Tul hajtu hadem, stinka, biex lil uliedu rabba’, u ‘l-martu tul hajjitha, mill-fond ta’ qalbu habbha. X’ m’ ghamilx ghar-rahal tieghu, f’kull Ghaqda lilu ssib, biex l-isem tax-Xewkija, jghollih u ‘l fuq igib. Lill-Banda minn qiegh qalbu xtaqilha l-aqwa gid, issibu minn tal-ewwel biex jaghti daqqa t’id. Mat-team tal-Futbol mexa’ l-inzul u it-tlajjiet, kull rebha bl-hena mlietu, dmugh xerred fit-telfiet. ‘Mma zgur li fir-Rotunda ta f’hajtu l-akbar sehem, idejh mill-bidu meddhom, sakemm ra x-xoghol jintemm. Jekk gebel ir-Rotunda jithajru llum jitkellmu, nisthajjel wahda wahda lil Zakkarija jsellmu. Ghax m’hemmx kantun f’dal-Maqdes jew fil bajdan go fih, li idu ma meddx fuqu biex sawru hekk sabih. Jekk kellu mil-Lanterna jiccaqlaq is-Salib, jien zgur li jinzel b’heffa biex joqghod hdejh fil-qrib. U jerga lilu jtenni il-grajja t’ ilu snin, ta’ meta Zakkarija, qalb folol kbar Xewkin icapcpu hekk bil-qawwi li l-misrah kollu trieghed, hekk kif fuq il-Lanterna mar is-Salib iqieghed. W’ ghal dan ix-xoghol fejjiedi kien hu l-ewwel rebbieh, fl-elfejn u tnejn ir-rahal mar l-oghla gieh jaghtih. Ghalhekk ghaziz San Pietru, lil dan hallih f’idejja, ta’ kemm imhabba wrieni jisthoqqlu li jkun hdejja, u jiehu l-veru premju tas-Sema it-tgawdija, ta’ kemm bata’ ghalija ta’ kemm habb lix-Xewkija.” Mario Borg 19 t’ April 2011 |