Idejja nhosshom tqal u gbini bl-gharaq niedi, Il-pinna hawn fil-qrib nisthajjel tidhaq bija, Il-lehen tal-gewwien mill-gdid qed jerga’ jzurni, U wahdi bkejt fis-skiet imrieghex bil-misthija.
Il-almu tieghi gbart u bdejt fuq karti nhazzez, Tant versi fuq xulxin jissawru f’poezija; Il-vuci li kont smajt gharaftha issa sewwa, Il-kliem tal-Patrijott gie lura b’dit-twissija.
“X’ghamilt ghal rahlek int?” staqsieni b’hafna hlewwa, Ghax taf taghha l-wesghat, b’daqskekk thobb lix-Xewkija? Min hu Gwanni ghalik, il-vara f’zokk imnaqqax? Li darba f’tnax -il xahar iddur it-toroq biha?
Ir-rahal mhux kliem biss jehtieg biex fl-gholi ttella’, Tistaqsi qatt x’se jtik, ‘mma x’lest li lilu taghti, Jien kont li tieghu ktibt grajjietu minn twelidu, U wrejt biex wasal s’hawn ghalik kemm kellu jbati.
Lil Gwanni l-Prekursur habbejtu b’qalbi kollha, W’ghalkemm xi drabi boghod, imwahhad jien kont mieghu, Bhal kbir Santu Wistin li tieghu haddant l-Ordni, Fuq Gwanni ktibt u qrajt u xrobt mill-hajja tieghu.
Dak kollu li tghallimt, mill-pulptu gharraftulkom, Minn dak illi kont naf, ma zammejt xejn go fija, Il-girja jien temmejt sal-ahhar sod fil-fidi, Ta’ dan issa b’rigal, kuruna lest’ ghalija.”
U qomt bniedem mibdul u bdejt ngharbel kitbietek, Li minnhom jien sal-lum kont ghadni hafna sajjem, U fhimt li biex terraqt it-triq li emmint fiha, Kont lest li sighat shah ta’ ljieli tghaddi mqajjem.
U jien bil-pinna fl-id, qalb vrus il-poezija, B’ghajnejja kollha dmugh ghax romlot ix-Xewkija. ‘Mma dlonk hassejt bhal ferh ifawwar il-gewwieni, Ghax Patri Serafin jinsab fejn l-aktar hieni. Mario Borg 10 ta' Frar 2011 Write Comment (1 comments) |