Merhba fuq il-portal tax-Xewkija.
Written by Frans Galea
|
May 17, 2010 at 03:45 PM |
Kull minn nhar il-Hamis 13 ta' Mejju inzerta fil-Pjazza tax-Xewkija zgur li ha pjacir jara xena mhux tas-soltu. Norman Butigieg ilu minn tfulitu delittant li jimmanifattura tajr ta dan it-tip. Infatti ghadu sal-gurnata tal-llum johloq tajri b'disinji mil-isbah u ta' kobor kbir. Nhar il-Hamis ghas 7.00pm huwa kien qed ittajjar tajra kbira u b'sengha kbira irnexxielu ittelghahha sa wara is-salib tal-Koppla l-Kbira tar-Rotunda kif jixhed dan il-video clip.[ Ritratt u video : Frans Galea ] | It-Tajra mahduma minn Norman Butigieg fuq il-Koppli tar-Rotunda | Write Comment (1 comments) |
Last Updated ( May 17, 2010 at 04:29 PM )
|
Read more...
|
|
Written by Frans Galea
|
May 16, 2010 at 10:22 PM |
| Wiehed mis-Slaleb tal-Konsagrazzjoni tar-Rotunda tax-Xewkija | Photo: John Grixti | Write Comment (0 comments) |
|
Written by Frans Galea
|
May 15, 2010 at 04:06 PM |
Il-Hamis 13 ta' Mejju 2010 fil-Kazin tal-Banda, precizament fis-sala Zakkarija Cilia, saret serata li tikkommomera 'Jum il-Banda Prekursur'. Ezattament f'din il-gurnata 81 sena ilu twaqqfet il-Banda tar-rahal taghna. Il-program kien imzewwaq b'diversi rkejjen differenti, pero l-aktar li nnaghtaw prominenza kienu lill-aljievi li ghandha l-Banda jistudjaw l-istrumenti rispettivi taghhom. Dawn l-istess studenti taw interpretazzjoni ferm tajba fejn hawn jirrifletti l-istudju u s-sagrificcji li jghamlu huma personali flimkien mall-ghalliema taghhom. Barra minn dawn kien hemm ukoll xi diskorsi tal-okkazjoni fosthom il-President tal-Banda s-Sur Louis Vella, Omar Camilleri qara rapport dwar l-ewwel anniversarju tas-sit elettroniku tal-Banda, is-Surmast Direttur Mro. Anthony Borg u fl-ahhar is-Sindku tar-rahal Dr. Monica Vella . Incidentalment din is-sena tahbat il-125 sena mit-twelid tas-surmast fundatur tal-Banda Prekursur Mro. Andrea Borg jew kif inhu maghruf minn bosta Mro. Indri Borg. Ghaldaqstant thejjiet ukoll Biografija fuq dan l-istess surmast li qraha is-Segritarju tal-Banda is-Sur Carmel Attard kif ukoll powerpoint. Ta' min isemmi li l-attendenza tan-nies kienet wahda tajba ferm .[ Informazzjoni : Joseph Vella . Ritratti u videos: Frans Galea ] | Il-President tal-Banda s-Sur Louis Vella jaghmel id-diskors ta' l-okkazzjoni |
Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( May 17, 2010 at 02:10 AM )
|
Read more...
|
|
Written by Frans Galea
|
May 14, 2010 at 09:58 AM |
Il-bierah il-Hamis 13 ta' Mejju gie iccelebrat ir-raba Hamis bi preparazzjoni ghal-festa ta' San Gwann Battista ta' din is-sena. Fil-5.30pm fil-Knisja Rotunda saret Koncelebrazzjoni Sollenni immexxija minn Mons. Salv Debricat Kancillier flimkien mas-sacerdoti Xewkin fosthom Dun Frangisk Azzopardi li jinsab fostna mil-Ingilterra. [ Ritratt u Video: Frans Galea ] | San Gwann ta' Triq il-Hamrija | Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( May 15, 2010 at 01:28 AM )
|
Read more...
|
|
Written by Claudio Vella
|
May 13, 2010 at 03:45 PM |
Skola Sajf Din is-sena se jkun hawn Skola Sajf ghat-tfal li jattendu P3, P4, P5 u P6. L-istudenti jkollhom lezzjonijiet fid-drama, arti, zjarat f'postijiet interessanti, sport, muzika, zfin u computers (IT) Skola Sajf issir kuljum, mit-Tnejn sal-Gimgha, mid-9.00am sa 12.00pm. Tibda fl-14 ta' Lulju u tispicca fit-3 ta' Settembru. 2010. Jghallmuhom studenti universitarji. Isir hlas ta' darba ta' €11.50. L-applikazzjoni taghlaq l-Erbgha, 2 ta' Gunju. Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( May 13, 2010 at 03:46 PM )
|
|
|
|
<< Start < Previous 101 102 103 104 105 106 107 108 109 110 Next > End >>
|