Merhba fuq il-portal tax-Xewkija.
Written by Frans Galea
|
Apr 18, 2010 at 12:26 PM |
Il-bierah is-Sibt il-parrocca tax-Xewkija bhal kumplament ta' Malta u Ghawdex laqghet u habret il-wasla tal-Papa Benedittu XVI f'Malta . Hekk kif l-ajruplan li fuqu kien il-Papa mess l-art Maltija l-qampiena l-kbira tar-Rotunda bdiet iddoqq in-noti sbieh taghha u damet idoqq ghal-diversi minuti. Barra dan ittelghu l-bandieri ta' fuq il-Knisja Rotunda u anke ic-Centru Parrokjali u anke bosta djar Xewkin. Dal-ghodu kienu bosta x-Xewkin fosthom anke zghazagh li marru Malta ghal-Quddiesa u l-laqgha maz-zghazagh li ser ikollu l-Papa. [Ritratt u video: Frans Galea] | Il-Faccata tar-Rotunda | Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Apr 18, 2010 at 12:39 PM )
|
Read more...
|
|
Written by Claudio Vella
|
Apr 18, 2010 at 10:26 AM |
Il-bierah 17 u illum 18 ta' April 2010 jibqghu mfakkrin ghaz-zjara tal-Papa f'Malta. Il-Papa nizel Malta fil 5 ta' filghaxija ghal din iz-zjara ta' 26 siegha. Il-Papa gie milqugh b'tant entuzjazmu u ferh. Wara c-Cerimonja tal-wasla, il-Papa mar il-Palazz tal-President il-Belt Valletta, fejn iltaqa mal-President ta' Malta u l-Awtoritajiet tal-Pajjiz. Wara sellem ukoll lit-tfal migbura fil-pjazza mill gallarija tal-palazz. Min hemm telaq lejn il-Grotta ta' San Pawl fir-Rabat u wara ltaqgha mal-missjunarji fil-Knisja ta' San Pawl, fejn imbghad ghal habta tat 8:15 ta' filghaxija telaq ghan Nunzjatura Appostolika tal-Virtu r-Rabat. Live Webstreams TVM - mms://wms.di-ve.com/encoder_tvm OneTV - mms://wms.di-ve.com/encoder_one Net TV -mms://wms.di-ve.com/encoder_net Ikklikja readmore ghal iktar informazzjoni. Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Apr 23, 2010 at 04:40 PM )
|
Read more...
|
|
Written by Frans Galea
|
Apr 16, 2010 at 05:33 PM |
Il-kumitat li jiehu hsieb jorganizza t-tigrija tradizzjonali tal-bhejjem li ssir kull sena lejliet il-festa ta' San Gwann Battista fix-Xewkija diga' beda jahseb ghall-programm ta' din is-sena. Infatti, l-istess kumitat taht it-tmexxija tas-Sur Salvu Haber beda jorganizza kemm attivitajiet u kemm gbir ta' fondi ghat-tigrija. Ta' min jghid li t-tigrija tax-Xewkija hija ferm popolari kemm mal-Ghawdxin u anke bosta Maltin. | Il-programm tas-sena l-ohra | Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Apr 16, 2010 at 06:27 PM )
|
|
Written by Claudio Vella
|
Apr 16, 2010 at 05:50 AM |
Il-bierah 15 ta' April 2010 fetah ghal ewwel darba is-sit elettroniku ufficjali ta' l-Ghaqda Dilettanti Tan-Nar San Gwann Battista. Fuq dan is-sit l-ghaqda se tpoggi ritratti u video clips ta' xoghol relatat man nar li jinharaq fil-festa tax-Xewkija. Se jkun hemm informazzjoni u avvizi li l-ghaqda taghmel min zmien ghal zmien. Josef Hili l-persuna nkarigata min dan is-sit qed jigbor materjal mill festi ta' snin l-imghoddija biex jigu nkluzi f'dan is-sit. L-isem li nghata lis sit hu http://www.xewkijafireworks.com. Filwaqt li Xewkija.net tawgura gejjieni sabih lil dan is-sit tirringrazzja w tawgura lil dawn in-nies li b'tant sagrificcju jaghmlu l-festa taghna tax-Xewkija ikkulurita w sabiha aktar hidma ta' success. Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Apr 16, 2010 at 05:57 AM )
|
|
Written by Frans Galea
|
Apr 14, 2010 at 05:56 AM |
Nhar il-Hadd, it-tim tax-Xewkija Tigers tilef kontra S.K. Victoria Wanderers f'loghba tat-tielet rawnd tal-Kampjonat tal-Ewwel Divizjoni Ghawdxija. Ghal din il-loghba, il-coach Mario Bonello ghamel uzu minn bosta zaghzagh u nistghu nghidu li dawn taw wirja tajba ghalkemm hargu telliefa. Il-gowls gew fit-tieni taqsima fi spazju ta' ftit minuti. Issa t-Tigers imisshom l-ahhar loghba kontra Sannat Lions u b'hekk ittemmu dan l-istagun brillanti. [Video : John Spiteri] | Xewkija Tigers 2009/10 |
Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Apr 14, 2010 at 05:00 PM )
|
Read more...
|
|
|
|
<< Start < Previous 101 102 103 104 105 106 107 108 109 110 Next > End >>
|