Merhba fuq il-portal tax-Xewkija.
Written by Frans Galea
|
Jul 04, 2009 at 09:48 AM |
Il-bierah il-Banda Prekursur tax-Xewkija hadet sehem fid-Dimostrazzjoni tal-Festa tal-Vizitazzjoni li issir fl-Gharb. Il-banda daqqet marci brijuzi fit-toroq ta' l-Gharb u imbaghad daqqet innijiet waqt li l-Istatwa ta' Marija Izzur lil Elizabbetta kienet qed tittella fuq il-pedistal taghha. [ Ritratti : Monica Zerafa ] | Il-Banda Prekursur waqt id-Dimostrazjoni tal-Festa ta' l-Gharb |
Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Jul 04, 2009 at 09:54 AM )
|
Read more...
|
|
Written by Frans Galea
|
Jul 02, 2009 at 03:18 PM |
Fil-jiem li gejjin mistenni jibda x-xoghol biex tintrama il-faccata tal-Knisja tax-Xewkija u imbaghad jibda x-xoghol ta' tiswija ta' gebel li ghandu bzonn jigi mibdul. Dan ix-xoghol ilu mahsub ghal bosta snin u issa mistenni li jibda dan is-Sajf peress li t-temp jippermetti izjed. Infatti lbierah grupp ta' rgiel marru Malta biex gabu ammont kbir ta' hadid biex isir ix-xoghol ta' l-armar qabel ma jibda x-xoghol proprju. [ Ritratti: Frans Galea ] | Il-parti ta' fuq tal-faccata tar-Rotunda | Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Jul 03, 2009 at 10:16 AM )
|
Read more...
|
|
Written by Frans Galea
|
Jun 30, 2009 at 11:36 AM |
Wara biss gimgha li ghaddiet il-festa tal-patrun taghna San Gwann Battista, il-Kummissjoni Armar Triq San Bert regghet bdiet bil-hidma taghha fuq il-bandalori. L-ewwel bandalora zzanznet nhar il-Hamis, qabel il-marc tal-Hniena, fejn il-Kummissjoni kif ukoll l-artist Paul Falzon qalghu hafna tifhir min nies prezenti fil-marc kif ukoll min dawk li rawha fuq il-website. L-ghan tal-Kummissjoni hu li tibqa tahdem is-sena kollha sabiex tissebbah Triq San Bert ghall-festa ta' San Gwann Battista.[ Ritratti: Paul Falzon u David Azzopardi ] | Il-Bandalora ta' Triq San Bert |
Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Jul 03, 2009 at 10:18 AM )
|
Read more...
|
|
Written by Claudio Vella
|
Jun 29, 2009 at 10:50 PM |
Din is-sena ix-Xewkija kellha numru kbir ta' siti elettronici godda li zdiedu ma dawk ezistenti. Iz-zewg siti godda kienu tal-Banda Prekursur (bandaprekursur.com) u s-sit tal-parrocca (xewkijaparish.org). Is-siti l-qodma li tahaw 'coverage' tal-festa kienu is-sit ta' Radju Prekursur, x-Xewkija.net kif ukoll u mhux l-inqas s-sit taz-Zghazagh Xewkin - (kxz1996.com). Il-links ghas-siti kollha tax-Xewkija qeghdin fis-sezzjoni tal-links. Ma naqsux ukoll video clips fuq il-youtube w ritratti tal-festa fuq il-facebook. Din s-sena il-festa iccelebrata kienet wahda mill ahjar. Minkejja r-rih mhux tas-soltu li hakem fil-gurnata tal-festa, li forsi wiehed jazzarda jghid li certa affarijiet marru ahjar milli mixtieq, kollox mar tajjeb. Write Comment (0 comments) |
Read more...
|
|
Written by Frans Galea
|
Jun 29, 2009 at 01:14 PM |
Il-bierah il-Hadd 28 ta' Gunju thabret il-mewt tas-Surmast Emanuel Bugeja (1923-2009 ) li fl-arkivji tal-Banda Prekusur insibu bosta marci mill-pinna muzikali tieghu fosthom l-Innu li jindaqq mill-Banda Prekursur " Ix-Xewkin Ferhanin " u li ghandu versi tax-Xewki Wenzu Camilleri.Il-funeral tas-Surmast Bugeja ser isir nhar it-Tlieta 30 ta' Gunju fit-3 pm, minn Vjal il-Blue Grotto sal-Knisja Arcipretali Sta. Katarina taz-Zurrieq, akkumpanjat mill-Banda Queen Victoria u wara quddiesa presente Cadavere fl-4pm. | Mro. Emanuel Bugeja | Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Jun 29, 2009 at 01:19 PM )
|
|
|
|
<< Start < Previous 111 112 113 114 115 116 117 118 119 120 Next > End >>
|