Merhba fuq il-portal tax-Xewkija.
Written by Frans Galea
|
Apr 11, 2009 at 01:18 PM |
Ilbierah; Jum il-Gimgha l-Kbira, saret it-Tifkira tal-Passjoni tal-Mulej fil-Knisja Rotunda. Il-funzjoni li tmexxiet mill-Arcipriet tal-parrocca Mons. Carmelo Mercieca bdiet fit-tlieta u nofs ta' wara nofsinhar. Fl-ewwel parti tal-funzjoni inqraw siltiet mill-Iskrittura kif ukoll ir-rakkont tal-passjoni tal-Mulej skond San Gwann. Fl-omelija tieghu, l-Arcipriet tkellem fuq dak li qal il-Papa Pawlu VI meta zar l-Art Imqaddsa. Hemmhekk hu kien qal li ma kienx qieghed bhala turist, izda bhala komplici f'dak li sar. "Ahna wkoll komplici fil-mewt ta' Gesu' ghax hu miet minhabba d-dnubiet taghna." Mons. Mercieca kompla billi stieden lill-kongregazzjoni numeruza biex waqt li jbusu l-kurcifiss, jaghtuh demgha ta' ndiema u bewsa ta' mhabba. Din l-ewwel parti intemmet bit-talbiet ta' intercessjoni. Fit-tieni parti imbaghad grupp ta' zaghzagh mix-Xewkija tellghu kurcifiss kbir min-naha ta' wara tal-knisja sa fuq il-presbiterju. Imbaghad sar il-bews tas-Salib. Il-funzjoni intemmet bit-tqarbin. Fil-Knisja Rotunda, barra mill-bankijiet, zdiedu wkoll hafna siggijiet ghall-kumdita' tal-fidili. Nistghu nghidu li l-kongregazzjoni, li kienet tinkludi nies mill-parrocca kif ukoll hafna barranin, kienet wahda kbira tant li kien hemm sahansitra xi nies bilwieqfa. [ Ritratti: Joseph Xuereb ] | L-Arcipriet flimkien ma' sacerdoti ohra waqt il-Funzjoni | Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Apr 19, 2009 at 08:39 PM )
|
Read more...
|
|
Contributed by Jesmond Attard
|
Apr 10, 2009 at 11:47 PM |
Insellmilkom mill-Awstralja, Ilbierah gol-knisja ta' San Pawl f'Kealba, Melbourne saret il-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira. Hafna nies minn diversi ghaqdiet hadu sehem f'din il-purcisjoni/peagent li ta' kull sena tigi organizzata mill-Good Friday Assc. Ahna ta' St John The Baptist Assc. min-naha taghna l-Kumitat ha sehem billi organizza il-garr ta' l-istatwa tar-Redentur bl-istess fratelli li jgorru l-istatwa ta' San Gwann il-Battista fil-festa li ta' kull sena jaghmel dan il-kumitat. Konna wkoll prezenti bl-istandard ta' l-Ghaqda taghna. Hadna hafna pjacir meta rajna, specjalment il-President taghna Sam Tabone jimxi mal-purcissjoni mal membri l-ohra tal-Kumitat. Hafna tfal hadu sehem billi libsu ta' persunaggi bibblici. F'din il-purcissjoni jiehdu sehem mat-tlitt mitt persuna. Hija haga sabiha li tradizzjoni bhal din tibqa' sejra kif nisperaw li dan isehh. [ Informazzjoni u Ritratti : Jesmond Attard ] | Membri tal-Kumitat quddiem l-Istatwa tar-Redentur | Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Apr 12, 2009 at 11:30 AM )
|
Read more...
|
|
Written by Frans Galea
|
Apr 10, 2009 at 09:30 PM |
Matul il-Hamis fil-ghaxija u l-Gimgha fil-ghodu mijiet ta' nies Xewkin, Ghawdxin, u anke Maltin zaru l-Knisja Rotunda waqt il-Visti tas-Sepulkru jew kif huma maghrufa ukoll il-Visti tas- seba' Knejjes. Ta' minn jghid ukoll li din is-sena kien hemm ukoll il-logg il-gdid fuq fejn kien armat is-Sepulkru. In-nies zaru ukoll il-Mejda ta' l-Appostli li kienet ghal-wiri fil-Muzew ta' l-Iskultura. [ Ritratti: Frans Galea ] | Is-Sepulkru tax-Xewkija | Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Apr 10, 2009 at 09:36 PM )
|
Read more...
|
|
Written by Frans Galea
|
Apr 10, 2009 at 01:24 PM |
Il-bierah l-Arcipriet tax-Xewkija Mons. Carmelo Mercieca mexxa il-Koncelebrazzjoni Solleni ta' Hamis ix-Xirka fejn fija sar ukoll il-Hasil tal-Hasil tar-riglejn. Flimkien ma l-Arcipriet ikkoncelebraw ukoll is-sacerdoti tax-Xewkija filwaqt li kanta il-kor Vox Clamantis tal-Parrocca tax-Xewkija. Bhas snin imghoddija il-Knisja Rotunda kienet mimlija bin-nies fosthom bosta Ghawdxin u Maltin. [ Ritratti : Charlon Butigieg ] | L-Arcipriet Mons. Carmelo Mercieca waqt il-Funzjoni ta' Hamis ix-Xirka | Write Comment (0 comments) |
Read more...
|
|
Written by Frans Galea
|
Apr 09, 2009 at 05:13 PM |
Minn hawn u ftit hin iehor fil-Knisja Rotunda tibda l-Funzjoni ta' Hamis ix-Xirka li fija jsir il-hasil tar-riglejn kif ukoll fl-ahhar is-Sagrament jittiehed ghal fuq l-artal tas-Sepulkru ghall-qima tad-devoti. Imbaghad wara jibdew il-Visti tas-Sepulkru. [ Ritratt: Frans Galea ] | L-istatwa ta' Gesu fl-Ort tal-Getsemani tax-Xewkija | Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Apr 09, 2009 at 07:21 PM )
|
|
|
|
<< Start < Previous 111 112 113 114 115 116 117 118 119 120 Next > End >>
|