Il-bronz ikkonsagrat minn qabel zernaq, ga b’lehnu qieghed juri kemm hu hieni. It-tokki mill-kampnar nizlu fit-toroq, u zaru taghna d-djar minn hafna kmieni. Iz-ziffa helwa ‘l-bnadar qeghda tmelles, li telghu fuq il-bjut ihabbru grajja, li bosta minn l-ulied ta’ dan ir-rahal, kien ghadhom m’ghexu qatt bhalha f’dil-hajja. U telghet fietla x-xemx l-inhawi ssahhan, hekk kif tal-hlejjaq l-ewwel hoss instema’. Siket ir-rih, ma jmurx il-festa jxekkel, u ghab is-shab li kien mal-lejl ingema’. L-ucuh tan-nies qed jixhdu ferh gewwieni, li mqar il-fomm ma jafx jaghtih tifsira. Bhal merhla li tistenna lir-raghaj taghha, sabiex tmur lilu taghti merhba kbira. Stennietu wkoll dal-waqt taghna r-Rotunda, ghaliex minn meta hija giet mibnija, ‘il gewwa mill-hitan illi jdawruha, ta’ Arcipriet pussess qatt ma sehh fiha. Write Comment (0 comments) |