22 ta' Frar 2015 - Tintlghab il-100 loghba bejn Xewkija Tigers u Victoria Hotspurs |
|
|
|
Written by Joanna Falzon
|
Feb 23, 2015 at 11:59 AM |
Fit-22 ta’ Frar 2015, fil-Gozo Stadium fix-Xewkija intlghabet l-100 loghba bejn Xewkija Tigers u Victoria Hotspurs. Din il-loghba spiccat fi draw ta' 1-1 bil-goal ghal Xewkija Tigers jasal fil-15 il-minuta minn Eric Nwankwo u fis-36 minuta jasal il-goal ta draw ghal Hotspurs minn Antoine Camilleri. Din il-loghba kienet ikkontrollata mir-referee Darryl Agius. F’dawn il-mitt lobgha bejn t-Tigers u l-Hotspurs, Xewkija Tigers rebhu 42 loghba filwaqt li Victoria Hotspurs rebhu 33 loghba. Il- 25 loghba l-ohra spiccaw fi draw bejn dawn iz-zewg timijiet. 
L-Arma ta' Xewkija Tigers
L-Arma ta' Victoria Hotspurs 
Il-Players ta zewg timijiet qabel bdiet il-100 loghba ta' bejnithom 

Il-Captains ta zewg timijiet flimkien ma Referre Darrly Agius u l-Ass. Referees Ritratti mehudin minn: l-Internet, Visionism - Xewkija Tigers FC u Frans Galea - Xewkija.net Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Mar 20, 2015 at 04:18 PM )
|
|
6 ta' Frar 2012 - Mons Carmelo Mercieca jghalaq 40 sena Arcipriet tax-Xewkija |
|
|
|
Written by Joanna Falzon
|
Nov 14, 2012 at 05:09 PM |
Fis-6 ta' Frar 2012, l-Arcipriet Mons. Carmelo Mercieca ghalaq 40 sena minn meta ha l-Pusess ta' Arcipriet tax-Xewkija wara l-mewt ta' l-Arcipriet Dun Guzeppi Grech. Kien fis-6 ta' Frar 1972 li l-poplu Xewki flimkien mal-Banda Prekursur laqghu lil l-Arcipriet il-Gdid b'marc u wara Quddiesa flimkien ma bosta sacerdoti ohra . Minn dan in-nhar sa gurnata ta llum Mons. Carmelo Mercieca ma waqaf qatt jahdenm kemm jiflah ghal-gid spiritwali u materjali tal-poplu Xewki. 
L-Arcipriet Mons. Carmelo Mercieca ritratt mehud minn: Frans Galea Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Apr 03, 2018 at 03:05 PM )
|
|
8 ta' Frar 2011 - Imut il-Patriott Xewki Patri Serafin Borg |
|
|
|
Written by Joanna Falzon
|
Jun 05, 2011 at 08:50 AM |
Fit-8 ta' Frar 2011, miet il-Patriott Xewki Patri Serfain Borg fl-eta ta' 79 sena. Patri Serafin kif kien maghruf fix-Xewkija nistghu nghidu qatta l-bicca l-kbira ta' hajtu jistudja u jikteb fuq dak kollu li ghandu x' jaqsam ma rahal tax-Xewkija. Huwa kiteb numru kbir ta' kotba l-aktar dwar San Gwann u x-Xewkija fosthom wiehed dwar l-Arciprieti u l-Kappillani li kellha l-parrocca tax-Xewkija kif ukoll iehor dwar San Gwann fil-Bibbja, fl-arti u fil-poezija. Barra minn hekk Patri Serafin kien dilettant kbir tat-Tim tax-Xewkija Tigers b' mod specjali fis-snin sebghin u tmenin. Huwa kien ukoll ammirratur kbir tal-Banda Prekursur u sa kemm baqghet ittih sahhtu baqa jattendi regolari ghal-attivitajiet li jsiru fil-festa ta' San Gwann. Patri Serafin kien ukoll nominat ghal-unur "Gieh ix-Xewkija" . Il-Funeral tieghu sar il-Gimgha 11 ta Frar fil-Knisja ta Sant Wistin fir-Rabat Ghawdex. Patri Serafin Borg Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Mar 07, 2015 at 11:47 AM )
|
|
27 ta' Frar 2009 - Pellegrinagg Djocesan tar-Randan fix-Xewkija |
|
|
|
Written by Joanna Falzon
|
Mar 02, 2010 at 05:32 PM |
Fis-27 ta Frar 2009, fil-parrocca tax-Xewkija gie organizzat il-pellegrinagg djocesan tar-Randan. Dan il-Pellegrinagg tmexxa mill-Isqof t’Ghawdex Mons. Mario Grech u hadu sehem ukoll l-Kappillani u s-sacerdoti kollha ta’ Ghawdex flimkien mal-poplu. Dan il-Pellegrinagg beda b’korteo minn hdejn il-mithna sal-Knisja Rotunda tax-Xewkija fejn hemm saret laqgha ta’ talb.
L-Isqof t'Ghawdex flimkien mas-Sacerdoti u l- Poplu waq il-pellegrinagg djocesan tar-Randan fix-Xewkija ritratt mehud minn: Joseph Xuereb Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Mar 20, 2015 at 04:23 PM )
|
|
26 ta' Frar 1738 - IL-Kappillan Dun Frangisk Mizzi |
|
|
|
Written by Joanna Falzon
|
Feb 11, 2009 at 08:33 PM |
Fis-26 ta Frar 1738, twieled Dun Frangisk Mizzi fir-Rabat Ghawdex iben Sidor u Roza Mizzi. Dun Frangisk kien gie mahtur Kappillan tax-Xewkija mil-Isqof Mons Labini fl-1774. Il-Kappillan Dun Frangisk Mizzi ritratt mehud: Mill-Ktieb "Ix-Xewkija fi Grajjiet il-Kappillani u l-Arciprieti taghha" Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Jun 15, 2020 at 05:43 PM )
|
|
|
<< Start < Previous 1 2 3 4 5 6 Next > End >>
|
Results 6 - 10 of 30 |