|
Weekend Break Ghall-Players Ta' Xewkija Tigers |
|
|
|
Written by Frans Galea
|
May 19, 2008 at 06:26 PM |
Kif qed jaghmel f'dawn l-ahhar snin, il-kumitat tax-Xewkija Tigers, organizza weekend break gewwa lukanda f'Paceviele ghall-players kollha minn nhar il-Gimgha sal-Hadd . Din il-mawra f'Malta kienet tinkludi wkoll il-loghba Valletta vs Marsaxlokk kif ukoll mawra l-Belt Valletta ghac-celebrazzjonijiet ta' Valletta F.C. wara r-rebh tal-kampjonat Malti mil-club Belti. Id-delegazzjoni kienet immexxija minn Jeffrey Farrugia [President] , Joseph Attard [segretarju] u Franco Azzopardi [kaxxier] u membri ohra tal-kumitat.  | Xewkija Tigers F. C. | Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( May 20, 2008 at 12:58 PM )
|
|
L-Ghaxar Anniversarju Ta' L.S.C. [Malta Gozo] |
|
|
|
Written by Frans Galea
|
May 18, 2008 at 04:07 AM |
Il-club tas-supporters ta' Liverpool gewwa Ghawdex qeghdin ifakkru l-ghaxar anniversarju mit-twaqqif taghhom b'diversi attivitajiet. Fost affarijiet ohra kien hemm zjara fil-Club taghhom li jinsab fi Vjal il-Labour ix-Xewkija ta' ex player famuz ta' Liverpool Phil Neal. Nhar il-Hadd 11 ta' Mejju Phil Neal ra l-ahhar loghba ta' Liverpool ghal dan l-istagun flimkien mas-supporters Ghawdxin fil-Club taghhom fix-Xewkija. Il-president tal-Club Charlie Farrugia pprezenta tifkira lil-dan il- player famuz. Write Comment (2 comments) |
Last Updated ( May 18, 2008 at 05:04 AM )
|
Read more...
|
|
Xewkija Tigers Under 16 Jirbhu t-tazza Joe Portelli Projects |
|
|
|
Written by Frans Galea
|
May 15, 2008 at 09:44 PM |
Ftit tal-hin ilu fil-Gozo Stadium intemmet il-finali tat-tazza ''Joe Portelli Projects'' Under 16 bejn Xewkija Tigers u S. K. Victortia Wanderers. Il-loghba, li kienet wahda bilancjata hafna, intemmet 2-1 favur it-Tigers. Kienu Xewkija li fethu l-iskor wara minuta loghob b'gol ta' Jurgen Attard biex imbaghad lejn tmiem l-ewwel taqsima il-Wanderers gabu id-draw. Imbaghad fit-tieni taqsima il-loghob baqa' bilancjat biex, meta deher li l-loghba ser tmur ghal-hin barrani, xutt ta' Jurgen Attard ta' ir-rebha lit-Tigers fost il-ferh tas-supporters numeruzi Xewkin. Ic-celebrazzjonijiet komplew wara l-loghba fil-Club tax-Xewkija Tigers fi Pjazza San Gwann Battista.  | Xewkija Tigers Under 16 KO Winners |
Ritratti ta' Philip Cassar Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( Jun 03, 2008 at 12:39 PM )
|
Read more...
|
|
Xewkija Tigers Under 16 Fil-Finali Tan-K. O. |
|
|
|
Written by Frans Galea
|
May 11, 2008 at 10:28 PM |
It-team ta' taht is-sittax il-sena tax-Xewkija Tigers il-bierah, is-Sibt kiseb post fil-finali tan-K.O. meta gheleb lill-Oratery Youths 3-2 fis-semi finali. Il-loghba, li kienet wahda bilancjata hafna intlabet f'xita kontinwa fil-Gozo Stadium. Nistghu nghidu li z-zghazagh Xewkin taw wirja qalbenieja tant li irkupraw zewgt gols zvantag, kif ukoll tilfu penalty fl-ewwel taqsima. Il-gols tat-Tigers waslu min Carton Mifsud u Rodney Butigieg [2]. Issa fil-finali li ser tintlab nhar il-Hamis 15 ta' Mejju fis-7.30p.m. , it-Tigers jiltaqghu kontra S.K. Victoria Wanderers.  Write Comment (0 comments) |
Last Updated ( May 16, 2008 at 09:50 PM )
|
Read more...
|
|
|
<< Start < Previous 51 52 53 Next > End >>
|
Results 251 - 255 of 262 |