Xewkija Tigers fis-Semi Finali tat-Tazza KO wara rebha fuq Oratory Y.
Written by Frans Galea
Oct 03, 2015 at 09:37 AM
Nhar it-Tlieta 29 ta' Settembru 2015, Xewkija Tigers ghelbu lil Oratory Y. bl-iskor ta' 3-0 (HT 2-0 ). Il-gols ghax-Xewkija waslu minn Tiego Melo, Daniel Bogdanovic (pen.) u Gennaro Hili. Issa fis-Semi Finali it-Tigers jilghabu kontra SKV.W. [ Ritratt: Ian Moyes ] ghal izjed ritratti ara il-Facebook page tax-Xewkija.net
Bhall llum sebgha u ghoxrin sena ilu ezattament fis-17 ta' Dicembru 1982, l-iskola tax-Xewkija ghaddiet min grajja xejn sabiha. Il-palk ta' l-iskola w anke s-sala kienu garbu hruq estensiv b'accident. Kienu gew mssejha il-fire-engines u t-tfal intbghatu lura d-dar. Is-sala regghet bdiet tintuza ftit xhur wara.
Informazzjoni simili w aktar informazzjoni ohra fuq l-istorja tax-Xewkija, tista' issiba fis-sezzjoni ta' l-Istorja ta' dan is-sit. Din is-sezzjoni hija migbura w aggornata min Joanna Falzon.
Wara snin ta' pubblikazzjoni tar-rivista Gourgion issa qeghda tkun ukoll provduta f'format elettroniku. Wiehed jista jnizzel kopja ta' din ir-Rivista min fuq is-sit elettroniku ta' Radju Prekursur - radjuprekursur.com
Tohrog l-istatwa ta' Kristu Rxoxt ghall-ewwel darba fix-Xewkija
Written by Claudio Vella
Apr 12, 2009 at 04:12 PM
Wara l-Koncelebrazzjoni immexxija mill-Mons Isqof Emeritus l-E.T Nikol G. Cauchi, u minkejja t-temp ikrah u rieh qawwi li hakem il-gzejjer Maltin illum, l-istatwa artistika ta' Kristu Rxoxt harget ghall-ewwel darba mill-knisja Rotunda. Folla sabiha ta' nies laqghet l-istatwa fuq iz-zuntier tal-pjazza. L-istatwa kienet merfugha miz-zaghzagh Xewkin u hadet sehem ukoll il-Banda Prekursur taht it-tmexxija tas-Surmast Anthony Borg. Ta' min jghid ukoll li ndaqq ghall-ewwel darba l-innu ta' Kristu Rxoxt, kliem ta' l-Isqof Emeritus Mons. Nikol G. Cauchi u muzika ta' Mro. Ronnie Pisani. Dimostrazzjoni bi Kristu Rxoxt daret fill-pjazza biss minhabba t-temp ikrah. L-istatwa ta' Kristu Rxoxt hija xoghol ta' Alfred Camilleri Cauchi, u ngabet ix-Xewkija lejliet il-festa ta' San Gwann il-Battista li ghaddiet.