Poezija miktuba (2007) minn Mario Borg biex tfakkar l-10 Anniversarju mill-Ftuh ta' Radju Prekursur Gunju 1997-Gunju 2007 |  | Il-hsieb, hu bhal zerriegha, li il-bidwi, iferrex qalb it-trab ta’ l-art hamran, u jiehu hsiebha, jsaqqi u jindokra, sabiex maz-zmien tatih il-frott kotran. Mercieca Dun Karm hsieb bhal dan mar jizra’, tar-rahal tax-Xewkija l-arcipriet, kull m’hawn madwar, xi darba fil-mohh kienu f’ ta’ minn fassalhom, biss ftit hsibijiet. Kien dan iz-zmien, li ahna qed insemmu, il-hames xahar tas-sena sewwa sew, sebgha w disghin is-snin tas-seklu l-iehor, iss’ ghaxar snin minn dak il-jum ghaddew. |
U dan il-hsieb fi qlub ghammiela waqa’, u marru dawn il-hsieb ikkultivaw, Ivan Farrugia w Joseph Xuereb fehmu, li ix-Xewkin fil qrib gid ghad jaraw. U fehmu wkoll li l-piz li ghalih dahlu, hafif ma kienx u x-xoghol mitlub kien kbir, ‘mma rieda kienet aqwa u ferm ishah, u meta dan ikun, kull xoghol isir. U bhal ma dejjem lissen l-gharef Malti, li l-mistoqsija twassal ghal gherf shih, inhasset sew il-htiega ghall-ghajnuna, u lilhom giet moghtija minnufih. Kemm Dun Eddie Zammit u Attard Victor, it-tnejn imharrga sewwa fix-xandir. ma Joseph, ma Ivan tkellmu mhux darba dwar dak li kien mehtieg, taw il-parir. U Mejju ntemm u beda x-xahar ta’ Gunju, u kienet ta’ San Gwann il-festa qrib, u ntbaghtet formalment applikazzjoni, biex Radju Prekursur permess igib, u jibda gewwa d-djar dak lehnu jwassal, u ferh bla qis igib fil-qlub Xewkin, hadd aktar issa zgur ma jhossu wahdu, l-anzjani, l-morda minnu milhuqin. Kien kbir il-ferh kif il-permess inqala’ u bdew mill-knisja l-ewwel thejjijiet, is-sala dik ta’ fuq is-sagristija, giet mghammra biex jibdew ix-xandiriet. U sebah l-erbatax il-jum ta’ Gunju, u gewwa d-djar Xewkin tal-boghod tal-qrib, dik l-ewwel skeda bdiet titwassal lilhom, kull Xewki hdejn ir-radju kont issib. Disgha w disghin punt tlieta il-frekwenza, infethu issa berah il-bibien, u minn fid-dar b’xi hemm ma setax johrog, kien xorta qisu barra f’kull imkien, W’hekk jiehu sehem f' li jsir gewwa r-Rotunda, u jimxi ma kull marc gewwa t-triqat, u jhoss lil Gwanni qribu hekk kif jixref minn bieb l-knisja, fost capcip, ghajjat. Kien zmien qasir, disa’ t’ijiem sal-festa, li habtet sewwa sew fit-tnejn w’ghoxrin. u regghet mill-gdid siktet il-frekwenza. u dak is-skiet gab niket fix-Xewkin. Ghalkemm tassew li il-frekwenza siktet, dan ma jfissirx li x-xoghol kien waqaf hemm, kien hemm min forsi haseb li ir-Radju kien twieled, ghix ghal ftit u issa ntemm. Ma kienx ta’ dan il-hsieb is-Sur Frans Galea li gie mahtur tar-Radju direttur, ghac-Centru Parrokjal mexxa’ l-istudio; ghall-istazzjon kien qed jara futur. Ghaddew il-jiem, ix-xhur u mill-gdid qorbot il-festa ad unur il-Prekursur, u jerga gewwa d-djar isemma’ lehnu, ir-Radju tax-Xewkin mill-gdid imur. U sar programm fix-xorta tieghu l-ewwel, kuntatt minn hawn ma Melbourne tant il-boghod, kull emigrant god-djar Xewkin instema’, u ntrabtet l-ghaqda issa aktar sod. U baqa’ dal-programm isir kull sena, w’ hekk saru l-artijiet aktar vicin, b’ tar-Radju x-xandiriet id-distakk naqas, u gejna ma dawn hutna maghqudin. U wara iz-zewg skedi nhasset htiega, li r-Radju jkollu studio attrezzat, u wara hafna xoghol u hafna spejjez, fix-xhar ta' Mejju gie inawgurat. Zewg kmamar gewwa c-Centru Parrokjali, fit-tieni sular tieghu sewwa sew, fi studio, f’librerija u f’ufficju, ghall-uzu tax-xandir mibdula gew. Kien issa l-istazzjon attrezzat tajjeb, bin-numru tas-semmiegha qed jizdied, u beda jberren hsieb sabiex ixandar, ghall-ewwel darba fi zmien il-Milied. Intlaqghet tajjeb ferm l-inizzjattiva, u merhba inghatat lis-seklu l-gdid, kien kull prezentatur ta’ l-istess fehma, li x-xandiriet, ir-Radju ghandu jzid. Dan wassal biex fis-snin elfejn u wahda, ezatt fix-xahar ta’ Frar, dsatax il-jum, inkisbet il-licenzja permanenti, u beda l-istazzjon b’xandir kuljum. Minn dak in-nhar lil hawn ir-Radju xandar, programmi sbieh ghall-gosti ta’ kulhadd, taghlim, divertiment, quddies, ruzarju; minn fuq dan l-istazzjon ma waqfu qatt. Kull ghaqda illi hawn fir-rahal taghna, il-lehen taghha wasslet f’kull imkien, dan grazzi kbir ghar-Radju tax-Xewkija, li kompla ghaqqad lix-Xewkin flimkien. Mhux biss lilna x-Xewkin li nghixu r-rahal, imm’ anke l’ dawk mad-dinja imferrxin, bil-website, bl-internet kulhadd jintlahaq, minn jaf kemm gid ixxerred f’ghaxar snin. Minn jaf kemm morda twennsu b’dil-frekwenza, minn jista jghodd il-qlub li mela’ b’serh, dan huwa l-ghan li r-Radju ghalih twaqqaf, biex fejn jinsab il-hemm, inissel ferh. U baqghet il-frekwenza zzid fl-impenji, u tat servizz f’irhul’ Ghawdxin f’ghadd kbir, fil-jum tal-festa taghhom wasslet f’darhom, dak kollu li fil-knisja jkun isir. Dan kollu jsehh ghaliex din il-frekwenza, temmen tassew fil-gid ta’ kull semmiegh, ix-xoghol hu kbir u jitlob sagrificcju, ‘mma kull prezentatur mill-qalb jaghtih. Kien kbir tassew ix-xoghol fl-elfejn u tlieta, kien jitlob ukoll mieghu spejjez kbar. il-ftuh tat-tieni studjo l-okkazjoni, biex seta’ ix-xandir isir ahjar. Ta’ dan ringrazzjament kbir u specjali, imur ghal tant Xewkin li fehmu sew, li biex izzomm stazzjon tehtieg rizorsi, li lkoll kemm huma hafna flus jiswew. U llum ninsabu hawn ghaxar snin wara, minn dak il-jum li fuq taghna l-bibien, gie jhabbat ix-xandir mir-rahal taghna, tassew hsieb ghaqli w nobli dana kien. Ma x’hiex se nxebbah jien lir-Radju taghna, mhux Gwanni iehor jista jitqies dan, li gewwa x-xaghri ta’ kull qalb minn taghna, jurina car tassew tal-hajja l-ghan. Inxebbhu r-Radju jien ma pulptu iehor, fejn minnu tista twassal tant kelmiet, li jghallmu, jedukaw, ifarrgu, jwissu, u jmantnu taghna r-ruh il-htigijiet. Ha jkompli r-Radju taghna dan l-ghan jilhaq, jidritta fejn mehtieg il-moghdijiet, iwitti il-gholjiet u kull wied jimla’, biex barka jkun ghalina mis-smewwiet. Please login or register to add comments |