Home arrow History arrow 24 ta’ Awwissu 2022 - Inawgurazzjoni arrow Awwissu arrow 22 t'Awwissu 2009 - Il-Ftuh ufficjali tal-Club il-gdid ta Xewkija Tigers
22 t'Awwissu 2009 - Il-Ftuh ufficjali tal-Club il-gdid ta Xewkija Tigers PDF Print E-mail
User Rating: / 0
PoorBest 
Written by Joanna Falzon   
Nov 11, 2009 at 07:24 PM

Fit-22 t’Awwissu 2009, gie miftuh u imbierek il-Club il-gdid tax-Xewkija Tigers. Prezenti kien hemm bosta mistiedna distinti fosthom il-Ministru ghal-Ghawdex l-Onor.Govanna Debono, il-membri Parlamentali Dr. Anton Refalo u Dr. Justine Caruana, is-Sindku tax-Xewkija Dr. Monica Vella, il-Vici Sindku Joseph Vella, u l-Kunsillier Hubert Saliba. Prezenti ukoll kien hemm Dr. Joe Caruana Curren mill-Kunsill Malti ghal-Isport, il-president tal-GFA Alvin Grech u s-seretarju Joe Bajada, raprezentanti mil-Clubs Ghawdxin, u mil-Ghaqdiet tax-Xewkija flimkien ma' bosta supporters  Xewkin. Qabel bdiet ic-ceremonja il-Banda Prekursur tax-Xewkija ghamlet marc min hdejn il-kazin tal-banda sa Pjazza San Gwann Battista . Waqt din is-serata saru diversi messaggi tal-okkazjoni, qari ta poeziji u tkantaw kanzunetti kantati min kantanti zghar mix-Xewkija.   Il-Club gie miftuh mill-Ministru ghal-Ghawdex l-Onor.Govanna Debono fil-waqt li l-President tax-Xewkija Tigers Jeffrey Farrugia kixef l-irhama kommerattiva. Dr. Anton Refalo inawgura pittura li twahhlet ma saqaf tal-entrattura tal-Club li tpittret mill-artist Xewki Paul Falzon u l-Arcipriet tax-Xewkija Mons. Carmelo Mercieca bierek il-post. Wara fis-sala ta fuq sar l-iffirmar tal-ktieb tal-vizitaturi kif ukoll inghatat tifkira tal-okkazjoni lil mistednin distinti.  

 

 

Serata%20ftuh%20tal-club

 

Waqt il-ftuh u tberik ufficjali tal-Club il-gdid ta Xewkija Tigers
 
ritratt mehud min:  Charles Borg

User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Jun 03, 2021 at 08:36 PM )
<Previous   Next>
Monday, 4 th November 2024
23:54 
A+ | A- | Reset