Ittra Mis-Sema
Kemm xtaqt gheziez ta’ qalbi, li kelli aktar hin, jum iehor jew ftit aktar; ma xtaqtx xi hafna snin. Kemm kont inwettaq hwejjeg, li kelli ftit sighat; tar-rahal tax-Xewkija, indur kont it-triqat. Insellem kont lil hbiebi li taghhom ma nafx l-ghadd, ghax jekk jidhirli sewwa, habibi kien kulhadd. Inzur l-ghaqdiet tar-Rahal, li minnhom rajt tant gid, u jekk f'xi bzonn, ghiduli, jien naghti daqqa t’id. Is-soltu ma nkunx mghaggel, li nibda inlestih, dak illi jien naf naghmel, minn qalbi kont noffrih, ‘Mma llum ma nistax noqghod, ghax daqt itir il-hin, ma xtaqtx immur bla nsellem, lil Gwanni tax-Xewkin. X’ma habbejtekx o’Gwanni, Qaddis daqsek imkien, sabiex il-festa nsebbah, kont lest li nbati jien. U fl-ahhar sad-dar nasal, minn jaf ommi x’tistenna, ‘mma l-hin tat-tluq daqt wasal, ga mbexxaq bieb il-Genna. Gheziez ommi w missieri, baqghali ftit waqtiet, ejjew bil-qieghda hdejja, noqoghdu ftit fis-skiet. Ejjew magenbna huti, tuzawx tal-fomm il-kliem, jitkellmu l-qlub f’sidirna, hekk kif mghannqin flimkien. U issa l-hin ghaddieli, tassew iebsa l-firdiet, halluni qabel nitlaq, nitfghalkom zewg bewsiet. Taghkom ghal dejjem Jean Pierre Mario Borg 5 ta' Settembru 2010 Please login or register to add comments |