8 ta' Frar 2011 - Imut il-Patriott Xewki Patri Serafin Borg |
|
|
|
Written by Joanna Falzon
|
Jun 05, 2011 at 08:50 AM |
Fit-8 ta' Frar 2011, miet il-Patriott Xewki Patri Serfain Borg fl-eta ta' 79 sena. Patri Serafin kif kien maghruf fix-Xewkija nistghu nghidu qatta l-bicca l-kbira ta' hajtu jistudja u jikteb fuq dak kollu li ghandu x' jaqsam ma rahal tax-Xewkija. Huwa kiteb numru kbir ta' kotba l-aktar dwar San Gwann u x-Xewkija fosthom wiehed dwar l-Arciprieti u l-Kappillani li kellha l-parrocca tax-Xewkija kif ukoll iehor dwar San Gwann fil-Bibbja, fl-arti u fil-poezija. Barra minn hekk Patri Serafin kien dilettant kbir tat-Tim tax-Xewkija Tigers b' mod specjali fis-snin sebghin u tmenin. Huwa kien ukoll ammirratur kbir tal-Banda Prekursur u sa kemm baqghet ittih sahhtu baqa jattendi regolari ghal-attivitajiet li jsiru fil-festa ta' San Gwann. Patri Serafin kien ukoll nominat ghal-unur "Gieh ix-Xewkija" . Il-Funeral tieghu sar il-Gimgha 11 ta Frar fil-Knisja ta Sant Wistin fir-Rabat Ghawdex. Patri Serafin Borg
Please login or register to add comments |
Last Updated ( Mar 07, 2015 at 11:47 AM )
|