Contributed by Jesmond Attard
|
Dec 05, 2011 at 06:29 AM |
Inselmilkom Hbieb, Jien Jesmond Attard li ser nikteb dawn l'erba' versi biex ninfurmakom x'hinu jigri gewwa Melbourne l'Awstralija. Nhar is-Sibt 3 ta' Dicembru l-ghaqda ta San Gwann Battista gewwa Melbourne organizzat Family Night ghal membri w hbieb li ghanda x'taqsam mal-Milied. Dan sar bhala ringrazjament tal-appog li jghatuna matul is-sena kollha. Kienet okkazjoni biex nibdew nippreparaw ghas sena li gejja peress li ser tkun it-30 anniversarju mit-twaqif ta' din l-ghaqda. Kien hemm numru sabih ta nies kemm mix-Xewkija kif ukoll min barra mix-Xewkija li hadu pjacir hafna . Kellna ukoll zewg koppji li gew ghal btala gewwa l'Awstralija u li huma mix-Xewkija. Qed nirreferi ghal Mario w Pawla Pace w Guzepp u Teresa Cilia li hadu hafna pjacir jiltaqaw mal-hbieb taghhom. F'din il-lejla kien hemm ikel u xorb kif ukoll DJ biex jifirhu bil-muzika. Ahna minn nahha taghna l-kumittat hrigna sodisfatti hafna w iddecidejna li naghmlu iehor F'Marzu ghal l-Ghid il-Kbir. Jien minn nahha tieghi ma fadalli xejn xi nghid hlief li inselli ghalikom kollha. GRAZZI,
| Tfal migbura mal-Christmas Father
|
Please login or register to add comments |
Last Updated ( Dec 08, 2011 at 09:50 PM )
|