Issir il-Laqgha Generali tax-Xewkija Tigers 2012/13 |
|
|
|
Written by Frans Galea
|
Jun 11, 2012 at 03:50 AM |
Nhar is-Sibt 9 ta' Gunju 2012 saret il-laqgha generali tax-Xewkija Tigers ghall-istagun 2012/13. Din il-laqgha saret fis-sala tal-cklabb tax-Xewkija Tigers li jinsab fi Pjazza San Gwann Battista u ghaliha attendew hafna players u membri. Wara li nhatar ic-'chairman' (is-Sur Simon Dingli) inqraw il-minuti tal-ahhar laqgha mis-segretarju Joseph Attard. Imbaghad kien imiss lill-President Jeffrey Farrugia li jaghmel id-diskors tieghu. Kif spicca dan id-diskors is-Sur Farrugia gie pprezentat ritratt tieghu bit-tazza tal-Kampjonat bhala apprezzament ghax-xoghol tieghu u ta' shabu tal-kumitat matul is-snin. Wara nqara r-rapport finanzjarju mill-Kaxxier is-Sur Franco Azzopardi u saret diskussjoni biex imbaghad kien imiss lill-Presedent tal-GFA s-Sur Alvin Grech biex jghid kelmtejn tal-okkazzjoni. Ta' min jghid ukoll li ghal-laqgha kien hemm il-vici President tal-GFA s-Sur Paul Galea. Fl-ahhar gie kkonfermat il-Kumitat prezenti ghall-istagun 2012/13. [ Ritratti: Frans Galea ] | Membri tal-Kumitat flimkien ma' ufficjali tal-GFA waqt il-Laqgha Generali
|
Please login or register to add comments |
Last Updated ( Jun 12, 2012 at 04:15 PM )
|