Home arrow Poeziji arrow Kif Niftakrek Jien
Kif Niftakrek Jien PDF Print E-mail
User Rating: / 0
PoorBest 
Written by Mario Borg   
Jun 16, 2012 at 10:32 AM

 (Tislima lil Dun Gwann Grech)
 

Talbuni nsawwar dwarek erba’ versi,
f’idejja tawni pagni b’tant kitbiet,
kull pagna b’hafna dati rajt mimlija,
li jdommu sew ta’ hajtek il-grajjiet.

‘Mma jien mhux hekk nixtieq li fuqek nikteb,
ghall-pinna ta’ kittieb dan inhallih,
se nikteb biss dak li niftakar dwarek,
memorji illi tieghek ghandi sbieh.

Kont ghadni zghir fiz-zmien meta ltqajt mieghek,
abbati kont jien nghinek fuq l-altar,
u s-Sibtijiet “xelin ghall-knisja” nigbru,
inhabbtu tax-Xewkin bibien id-djar.

Imzejjen dejjem fommok bi tbissima,
emmint li cajta qatt ma qatlet nies,
‘mma x’hin tkun fuq l-altar ma hemmx cajt izjed,
u twissi ‘l min itellef  fil-quddies.

U ahna l-abbatini ftit fuq ruhna,
li naghmlu fejn inkunu frattarija,
l-imgieba taghna kienet dlonk tinbidel,
kif lilek nilmhu f’bieb is-sagristija.

U jien ta’ dan sal-lum midjun sew mieghek,
u daw’ l-valuri sbieh qatt ma insejt,
il-knisja hija post it-talb u l-qima,
u dat-taghlim ‘l uliedi zghar ghaddejt.

Niftakar qisu l-bierah, car sew f’mohhi,
iddurna wiehed wiehed f’jum l-Istrina,
u ahna l-abbatini kelma wahda,
“daqs ta’ Marjanu* hadd flus ma jaghtina.”

Niftakar ta’ San Gwann fil-jum tal-festa,
kif kien il-hin tal-Purcissjoni jsir,
kont tkun fuq iz-zuntier attent issegwi,
in-noti tant helwin tal-Innu l-Kbir.

Ghaddew is-snin u kbirt, ma bqajtx abbati,
tghallimt strument mal-Banda Prekursur,
u inti kont tkun hemm waqt il-kuncerti,
fl-irhula fejn il-Banda kienet tmur.

Ghadd’ aktar zmien u bdejt jiena nintebah,
li fuqek bdew sew jidhru issa s-snin,
ma bqajtx issuq u l-mixi beda jkiddek,
bil-mod il-mod rajt sahhtek qeghda tnin.

Ma’ Gwanni Pawlu t-Tieni bdejt inxebbhek,
biex titla’ fuq l-altar b’hafna tbatija,
u meta jien quddiesa ghal xejn nitlef,
niftakar fik u toktor f’qalbi l-htija.

U kif dari flimkien konna niltaqghu,
biex nigbru ix-xelin, is-Sibtijiet,
bdejt jien kull nhar ta’ Sibt nigi inzurek,
naghtik xi daqqa t’id fil-htigijiet.

Insibek wara l-bieb fuq il-pultruna,
 imwennes tisma’ r-Radju Prekursur,
habbejtha u fittixtha dil-frekwenza,
meta fis-sodda l-mard zammek migbur.

U l-kliem fuq ir-Rotunda dlonk kien jaqa’,
li maghha tul il-bini int imxejt,
u konna wkoll nitkellmu fuq Giovanni,
fuq il-Patrun l’ghalih int issemmejt.

U jiena nemmen shih li int ga qieghed,
imhaddan mieghu fl-oghla tas-Smewwiet,
ghaliex ta’ Gwanni l-Maqdes – ir-Rotunda,
tul hajtek, ghalik dejjem l-ewwel giet.

Min jaf l-Imghallem x’festa mar hejjielek,
dak li ghal kliemek kont int tnizzel hdejk,
ihalli t-Tron tas-Sema u jsir Ikel,
sabiex jitqassam lilna minn idejk.


Mario Borg
                                                                  
25 ta’ Mejju 2012


* Dun Gwann Grech kien maghruf fost ix-Xewkin kollha bhala Dun Gwann ta’ Marjanu. (peress li missieru kien jismu Marjanu)


User Comments
Please login or register to add comments

Last Updated ( Jun 16, 2012 at 10:35 AM )
<Previous   Next>
Friday, 19 th April 2024
16:53 
A+ | A- | Reset