21 ta' Ottubru 2011 - Dun Gwann Grech |
|
|
|
Written by Joanna Falzon
|
Jun 27, 2012 at 07:46 AM |
Il-Gimgha 21 ta Ottubru mar-rahal kollu ta Xewkija griet l-ahbar li Dun Gwann Grech qassis habrieki mix-Xewkija halla din id-dinja fl-eta ta 88 sena. Huwa kien ilu sacerdot mit 22 ta' Mejju 1948 u ghamel zmien twil jghallem fil-Liceo ta' Ghawdex. Barra dan Dun Gwann kien patrijott kbir tal-Banda Prekursur u ghamel bosta snin bhala Diretttur Spiritwali taghha . Dun Gwann hadem ukoll hafna f'dik li hija drama u nistghu nghidu li permezz tieghu nibtet l-imhabba ghad-drama fix-Xewkija. Huwa idderiega bosta drammi specjalment dwar San Gwann u i-Hajja ta' Kristu. L-Ghada is-Sibt 22 ta Ottubru wara li kien espost ghal pubbliku fid-dar tieghu fi triq Santa Katerina, fl-4.00p.m. il-Banda Prekursur bdiet korteo funebri fejn waslet it-tebut sal-Knisja Rotunda tax-Xewkija bid-daqq ta marci funebri. Wara saret quddiesa presente cadavare fir-Rotunda mexxija mil-Vigarju Mons. Giovanni Bosco Gauci flimkien ma l-Arcipriet u kleru tax-Xewkija u hafna Sacerdoti ohra Ghawdxin. Wara saret id-difna fi-Cimiterju San Gwann Battista fil-qabar tal- familja 
Dun Gwann Grech flimkien ma Dun Trevor Sultana u Dun Franklin Vella
Dun Gwann espost ghal publiku fi Dar Tieghu fi Triq Santa Katerina Surmast, Membri tal-Kumitat u Bandisti tal-Banda Prekursur waqt il-koreto funebri It-Tebut ta Dun Gwann fil-Knisja Rotunda tax-Xewkija ritratti mehud: Frans Galea Please login or register to add comments |
Last Updated ( Oct 18, 2013 at 12:32 AM )
|