20 Sena Pavaljuni 10 Snin Statwa tal-Battista (Pjazza tal-Gibjun)  Qatt ma nstema’ fix-Xewkija, li xi pjan, holma jew hsieb, baqghu biss bil-linka mhazza, fuq il-pagni ta’ xi ktieb. Thabtu shih missirijietna, gharfu sew il-htigijiet, biex isebbhu dawn l-inhawi, urew taghhom kbar hiliet.
Jekk mar-rahal taghmel mawra, timrah ftit b’harset ghajnejk, tista’ tara dak li nkiseb, tmiss dil-hidma sew b’idejk. Gmiel ta’ knisja singulari, tant ghaqdiet, socjetajiet, kumitati u kazini, kollha varji l-ghanijiet. U ghalkemm fl-isfera taghhom, jekk socjali, religjuz, wisq mehtiega hija l-hidma, xoghol kulhadd huwa bzonnjuz. U dan kollu jmur jissarraf, ghal rahalna gid wisq kbir, ghax dak kollu li jitwettaq, ghal skop wiehed biss isir; biex tisseddaq l-armonija u jitkattru il-kisbiet, illi bihom dan ir-rahal zewwaq tieghu il-grajjiet. U kif bidwi jkun jistenna, sabiex l-art il-hxejjex trodd, ix-Xewkin fix-xahar ta’ Gunju, ta’ dil-hidma jduqu l-frott. U mill-gdid l-ghada tal-festa, kif kull hoss imut fis-skiet, tibda l-hidma, biex li gejja, tizboq sew lil dik l’ghaddiet. Kien il-hsieb ilu iberren, li l-inhawi tal-Gibjun, jnizzel ismu fuq il-pagni, fil-program tal-festa jkun. Ghoxrin sena sewwa ilu, sehhet holma f’daw’ nahat, illi bhalha l-gzira t’Ghawdex , kienet ghadha qatt ma rat. Minn hajt s’ iehor ta’ dil-pjazza, fuq l-irjus sewwa merfugha, kollha dwal, zewg pavaljuni, b’tant ilwien lilha saqqfuha. Tassew toghxa thares lejhom, minn tarf s’iehor kbar bla qies, w’hekk kif griet l-ahbar li zzanznu, minn kull rokna giet in-nies. Ghadda z-zmien u f’dawn l-inhawi, rega’ nibet hsieb sabih, statwa gdida tal-Battista, b’pedestal mibni ghalih. Kien fis-sen’ elfejn u erbgha, is-sittax ta’ Gunju x-xahar, statwa sbejha illi tixbah, ta’ Loretta t-Titular; waslet fostna qalb tant briju, u b’taz-zghazagh it-thabrik, giet imwassla sar-Rotunda fejn sar taghha it-tberik. U kull sena t-Tnejn flghaxija kif minn-nicca l-hrug isir, jibda marc, li b’din l-istatwa, issa jsir tassew bil-kbir. U il-briju jkompli jikber, kif il-Banda Prekursur, toqrob lejn il-Kazin taghha, w’ l-innu marc iddoqq hemm tmur. L-isfar, l-ahmar il-kuluri, fuq il-bnadar mghollijin, u iz-zghazagh mal-istatwa, zifna wahda ma’ xulxin. W’hekk kif fuq il-Gibjun jasal, jkompli l-briju tant jizdied, daqq, capcip, dwal u murtali, illi jlewwnu is-smewwiet. U l-istatwa tal-Battista, mas-sellum tintrabat sod, u ghad-daqq tal-Banda taghna, titla helu ‘l fuq bil-mod. U hekk tasal sal-quccata, sa fuq nett tal-pedestal; kif qatt tista r-rabta taghna, minnek Gwanni tmur tinhall? Din is-sena festa akbar, ilek fostna ghaxar snin, u kif fl-gholi terga titla’ bierek lilna ix-Xewkin; ghaliex inti l-ghaxqa taghna, ahna wliedek mahbubin, nistennew li ghad gurnata, mieghek nghixu maghqudin. Mario Borg 1 ta’ Gunju 2014 Please login or register to add comments |