X’ghamilt dis-sena aktar minn snin ohra? biex tkun “ix-Xhud” ta’ dak li miet ghalik; Jien mitt ghaliH zmien qabel miet ghalija, biex kemm habbejtu mmur lilek nurik. Jien hajti ghexth’ ghaliH mill-bidu taghha, u qbizt bil-ferh fil-guf kif kont qrib tieghu; w’ghalik, gismU sar hobz, biex f’qalbek jinzel, u int ghazilt id-dnub, w’iggilidt mieghu.” Jien bqajt b’halqi mitbuq ma nafx x’se nwiegeb, hekk kif tennieli l-ahhar mistoqsija: “Min jien ghalik, il-vara f’zokk imnaqqax, li darba f’sena ddur it-toroq biha?” “Ghamel il-qalb” tennieli b’hafna hlewwa, “jekk Alla jrid u ghomrok b’sena jdakkar, mill-gdid minn din in-nicca jiena nixref, u l-mistoqsija lilek nerga’ nfakkar. Qis biss li din id-darba taghraf twiegeb, zomm lili bhall-mudell biex tfassal jiemek, ghax taf ghalik din tkun l-ahhar twiddiba, ma tobsor qatt kemm qrib tinsab lejn tmiemek.” Bhal wiehed sew mibluh strihajt man-nicca, li issa tinsab vojta tistenniek, biex terga hmistax ohra lura thaddnek, u tghalqek gew, sakemm ftit ftit ninsiek. ‘Mma din is-sena xejn mhu se jifridna, u la hitan, la hgieg, l-anqas bibien, ghax lilek jien mil-lum se nzomm go qalbi, u nxandar l’ int xandart ma’ kullimkien. Dak ismek ser ikun kuljum fuq fommi, ha jkunu jafu bih l-erbat irjieh, kull fejn riglejja jmiddu l-passi taghhom, dak kollu l’ghallimt int se ngorru fih. Se nkun ” il-Lehen” qalb tant ilhna ohra, li xtaqu l-vuci tieghek johonquha, se nkun “ix-Xhud” tal-kelma, “habbâr” taghha, “Werrej” ghal dawk li l-vera triq tilfuha. U s-sena d-diehla nkun lilek nistenna, biex kif taghmilli l-ewwel mistoqsija, ma jigrilix kif grali din is-sena, inhoss qalbi titqal bis-sens ta’ htija. U nweghdek li nkun dehen nissejjah ibnek, u dehen ta’ wild ir-rahal tax-Xewkija, ta’ poplu li ghax habbek mar jibnilek, dan l-akbar Maqdes f’nofs il-gzir’ Ghawdxija. Mario Borg 31 ta’ Mejju 2014 (Festa tal-Vizitazzjoni)
|