Written by Mario Borg
|
Jun 12, 2008 at 01:00 AM |
Sunett ta' John Cremona | | Smajna lehnek jidwi bla serhan fix-xaghri Jaghjat u jwiddeb ghall-helsien mill-htija, Kont il-mibghut, b'messagg ta' kliem habbari, Biex twitti t-triq ghall-migja tal-Messija. |
Fix-xtajta tal-Gordan, in-nies kotrana, Griet biex tinhasel, f'isem il-Mulej, Ghaliex fik raw il-gnus dik l-id setghana, Timmarka z-zmien tal-wasla tal-Feddej. Erg' ejja llum fid-dinja ta' l-elfejn, Widdeb mill-gdid lill-gnus li tilfu t-triq, biex il-haruf ma jkunx maqtul ghalxejn. Habbrilhom migja ohra lill-bnedmin, Li kont il-weghda l'ghamel il-hallieq, Imhallef ghandu jigi ghall-hatjin. Please login or register to add comments |
Last Updated ( Jul 08, 2008 at 10:46 PM )
|