Written by Mario Borg
|
Jun 20, 2008 at 01:00 AM |
Poezija tal-Kan. Joe Mejlak | | God-desert ghodwa wahda bhal raghda, lehen jidwi instema jirtghod fuq il-bahar, fil-berah tas-sema, go kull rokna tal-qrib u tal-boghod.
|
"Wittu t-triq ghall-Mulej" kienet l-ghajta, u n-nies resqet tismaghha mill-qrib, ghaliex gharfet li kienet genwina u li hierga mill-qalb ta' habib. U kull wied li deher vojt ried jintela, waqt li l-hotob malajr jitwttew, sabiex l-ghelt u n-nuqqas tal-imghoddi dlonk jinhafru w bil-mod jintesew. In-nies tghammdet u wieghdet li tibda hajja gdida li twassal ghas-sliem, ghajn ta grazzja u taghni w isseddaq, barka w gid, ferh u hena bla tmiem. Dak il-lehen illum ghadu jidwi tal-Battista mas-sebh kmieni kmieni, u f'kull qalb jibqa' niezel bil-hlewwa biex il-bniedem mill-gdid jisfa' hieni. Ghinna Gwanni, ha nilqghu bil-hegga l-ghajta tieghek li dwiet kullimkien: qatt thalliha tintefa w titmewwet 'mma wassalha sat-temma taz-zmien. Please login or register to add comments |
Last Updated ( Jul 18, 2008 at 07:47 PM )
|