Ghaliex m’ghadnix inhoss il-ferh ta’ dari, kif joqrob ta’ kull sena il-Milied? Fejn hija it-tferfira fil-gewwieni? Ghaliex m’ghadhiex izzurni? Fejn inhbiet?
Fejn inti ja tqanqil fil-fond ta’ qalbi, ghall-ewwel dawl teptiepi u leqqien? Fejn hija dik ix-xewqa li kilitni, biex jigri jhaffef jasal dan iz-zmien?
Fejn int ja seher hiemed tal-pasturi, ghad-dlam ta’ kaxxa ckejkna migburin, li kif jaraw id-dawl mill-ghatu mbexxaq, nisthajjel jiehdu n-nifs, fil-gibs hajjin?
Fejn int ja harsa gwejda tat-tfulija, li b’kurzita f’kull grotta tgharrex sew, u tieqaf fuq ic-ckejken qalb it-tiben, tisthajlu qed jitbissem minn hemm gew?
Fejn inti ja armarju tal-kantina, li kont il-guf li tnebbet tant gulbiena, sa ma’ xuxitha, bhall-harir bajdani, jinhadem ghall-Bambin fl-isbah benniena?
Fejn int ja triq li twassal lejn il-knisja? Min jaf jekk in-noven’ ghadiex issir? Tghid ghadu jitla’ t-tifel fuq il-pulptu, ihabbar lill-bnedmin f’dal-lejl ferh kbir?
Fejn int ja xih tal-libsa twila hamra, b’wicc tond ruxxan li jarmi minnu d-dija? F’lejl wiehed biss iddur id-dinja kollha, u tidhol anke f’djar fejn m’hemmx cumnija.
Fejn intom ghanjiet helwa tal-imghoddi, li kontu ta’ kull sena tpaxxu s-smigh? Ghaliex m’ghadhiex tolqotni l-melodija, li kienet tinfed f’ruhi tant bis-shih?
Fejn inti ja stennija ta’ dik l-ghodwa, li kont izzurni qabel l-ewwel dija, u ssuqni b’girja wahda lejn is-sigra, biex nigi ippremjat ghax kont bla htija?.....
Ghalhekk m’ghadnix inhoss il-ferh ta’ dari, ghalhekk bhal ghosfor it-tferfir gewwien, ghalhekk intefa it-tqanqil ta’ qalbi, u nirghex meta joqrob dan iz-zmien.
Ghalhekk nixfitli sew ix-xewqa fija, u nhbiet il-harsa gwejda tat-tfulija, ghalhekk m’hemmx nifs il-hajja fil-pasturi; u ndifnu qalb l-ghanqbud f’kaxxa minsija.
L-armarju fil-kantina sar bhal qabar, b’cappetti jixhdu sew is-snin mghoddija, ghamara biss ghall-moffa u ghas-susa, li mlew kull rokna tieghu imdellija.G
It-triq li qbadt mhux lejn il-misrah twassal, minn fejn ninsab, il-knisja hi wisq boghod. Is-siggu fil-korsija vojt jistenna, u c-ckejken ilu ga snin sacerdot.
Illum bin-nugrufun l-ahmar imgemmed, ix-xwejjah maghlub ghuda, snin shah sajjem, mixhut f’sodda mitluf f’nofs l-itwal raqda, li ebda zmien ma jista’ lilu jqajjem.
L-ghanjiet illum mahnuqa u mitfija, in-noti tal-vjolin, zarzir ghalija, inqered fija s-sens ta’ kull stennija, ghax jien, m’ghadnix it-tfajjel ta’ bla htija...
Ghamilt il-qalb, gharrixt mill-gdid fil-grotta, ergajt ilmaht lic-ckejken fil-maxtura.... tbissimli; waqt li lissen bl-akbar hlewwa, “illum il-htija tieghek giet mahfura”.
Mario Borg 25 ta’ Novembru 2014 Please login or register to add comments |