Poezija ta' Joseph J Vella-1947 |  | Kristu w Gwanni min qatt bhalhom? Hlief Marija fil-holqien, "Fost l-ulied ilkoll tal-mara Kbir ma deher daqs Gwanni mkien". Mill-profeta t-tnejn imhabbra Minn Gabriel it-tnejn mgharrfin, B'ruh il-qodos gew imzejjna, Mis-smewwiet imsemmijin. |
Gharaf Gwanni 'l Alla bniedem Maghluqin it-tnejn fil-guf; X'hin fiz-zjara Gwanni tqaddes Bil-ferh qabez bla maghruf. Lilhom biss il-knisja taghmel Festi kbar f'jum it-twelid: Fihom dari kull nisrani Quddies jisma tlieta jrid. Tfisser Grazzja l-kelma "Gwanni" Fit-twelid ga boghod mid-dnub: Kristu gholla bi kliem gholi Dak li ried jickien u jdub. Alla hatru l-Anglu tieghu Biex ta' Kristu jwitti t-triq Prekursur, profeta, Appostlu Dejjem kien f'mohh il-Hallieq. "Dawl id-dinja" msejjah Kristu Gwanni Awrora minn tax-Xemx Post Lucifru ha fil-Genna, Ta' dawl bhalu ma kien hemmx. Tletin sena t-tnejn mohbija Maghrufin ma gew minn hadd: Hargu imb'ghad, l-imhabba xerrdu Lejhom gibdu nies bla ghadd. Bhal mal-kelma qrib il-lehen Daqshekk Gwanni hdej' l-Feddej Alla zejnu u bhal mera Kien ta' Kristu kbir werrej. X'xena helwa, kbira, rzina, Gesu mghammed fil-Gurdan, Jiehdu sehem it-Tliet Persuni, M'gharrfin l-ewwel lil San Gwann! Tant deher kbir fid-dinja Gwanni, Li l-Messija n-nies hasbuhj: 'Mma, bi kliemu Gwanni ccekken U 'l Feddej Tassew gharfuh. Id-dutturi kbar tal-Knisja Ta' "Divin" stqarruk li int. X'kobor gholi, x'perfezzjoni Matul hajtek inti hzint! Sant' Wistin, namrat l-Ghammiedi, Lilu fahhar bla serhan: Jekk xi hadd lil Gwanni jizboq Le mhux bniedem, "'Mma Alla dan" Jekk int kbir, mal-Kbir imqieghed Ghax tlieta Alla hatar kbar:- Gesu, il-Vergni, wrajhom Gwanni:- San Bernard fissrilna car. Dejjem zomm idejk werrejja Lejn is-sema l-hobz wisq bnin: F'jum twelidek nghollu lilek Ghax int l-ghaxqa tax-Xewkin. Please login or register to add comments |