F’ dar-rahal ewlieni, fil-gzira Ghawdxija, qed jitla’ bhal fwieha, mal-kant ta’ tifhir, il-ferh ta’ dil-gemgha, li giet issellimlek, u ssejjah lil ismek, fost briju wisq kbir!
Ghax m’ hemm l-ebda iben, imwieled minn mara, li lilu gie mlissen, dal-kliem ta’ tifhir. Li tlissen b’tant hegga, minn dak fomm missierek, li inti tal-Gholi, profeta se ssir.
Ghax sa minn twelidek, li l-anglu gie jhabbar, u l-ghotja ta’ ismek, li ma stennieh hadd, komplejt inti tikber, fil-gherf u l-qdusija, bil-grazzja f’ghemilek, ghaggibt lil kulhadd.
Int f’hajtek kont xhieda, tal-aqwa qdusija, lil Kristu urejt, kont ghalih prekursur. Dik hajtek ghaddejtha, imwarrab fix-xaghri, ixxandar l-indiema, kull fejn kont int tmur.
U ghax int liz-zwieg, ridt bis-shih illi thares, fil-habs lilek jitfghu, u jzommu maqful. U ghax lil Erodi, int xlejt b’adulterju, hallast prezz int b’demmek, u gejt fis maqtul.
Ghalhekk dan ir-rahal, lil ismek ifahhar, u lilek ifakkar, kull sena bil-kbir. Ghax emmen li inti, dan kollu jisthoqqlok. Ghax int ghax-Xewkin, int qaddis tassew kbir! Kien hafna snin ilu, li ssawret dil-qima, ma’ mhabba, li xxettlet, minn dak l-ibghad zmien, li mliet lil dik qalbhom, u fawret go demmhom, f’ kull hsieb jew ghemil, dehret zgur kullimkien. Kien mija u maghhom, sebghin sena ilu, li xewqa ttlahhmet, kif tfasslet fl-imhuh, biex minn zokk ta’ tuta, skolpita b’tant hila, id-dehra ta’ surtek, dlonk hadet ir-ruh.
U gelbnu demghat, hekk kif lemhu xbiehetek, u staghgbu bil-hila, ta’ id dak l-artist, li holqot b’tant reqqa, sbuhija tal-ghageb, li sebhet dal-maqdes, u lilhom wennist.
B’migjietek hawn fosthom, fis kebset din f’qalbhom, bhall-fjamma li ssahhan, u ddawwal f’musbieh, il-holma u x-xewqa, li jkabbru din darek, u jaghmlu dal-maqdes, minn fost l-aktar sbieh.
U lejk tul das-snin, dan il-gens irrikorra, u lilek mar fittex, f’ kull waqt ta’ tigrib, ghax emmen li inti, mis-sema qed tharsu, u minnek kull farag, u wens ser isib.
U ghadu dal-poplu, ihobb lil dak ismek, u jxerrdu b’tant qima, mal-erbat irjieh. Kull fejn huwa jmur, b’hegga jsemmi lil ismek, ghax fik, huwa biss, sab li qalbu tistrieh.
U fis ghajnejh jilmghu, kif jilmhek kull sena, ghaddej minn got-toroq, mzejna u sbieh. Ghax tieghek hu jhossu, bhal wild ta’ missieru. Ghalik ghandu f’qalbu, imhabba qatigh.
Ghalhekk o mahbub, o qaddis, kbir Giovanni, mis-sema int bierek, lil tieghek l-ulied, li jfakkru kull sena, b’tant hegga ta’ jiemek, tal-art u tas-sema, il-jiem tal-milied.
Mario Attard 29 t’Awwissu 2014
Please login or register to add comments |