Infetah quddiemi, il-ktieb tal-istorja, u qrajt jien b’tant herqa, x’kien sehh f’dak iz-zmien. U hsiebi ntrefa’, hassejtni qed nilmah, mal-gemgha migbura, kien hemm anke jien. U maghhom hassejtni, qalb folla migbura, li ngabret biex tilmah, ta’ surtek dehriet. U ltaqghet fil-misrah, il-gemgha kotrana, biex tilqghek f’rahalha, imxennqa ’l hemm giet. F’dik l-ghodwa ta’ mija, u sebghin sen’ ilu, bilkemm kont jien ghadni, naf naghmel passejn. ilmahtni hemm fosthom, kont naqra ta’ tfajjel, mizmum f’hogor ommi, merfugh fuq l-idejn.
U rajtek titwassal, fuq naqra ta’ hmara, li kienet qed tigbed, bil-mod karettun. Bilkemm setghet tobsor, li kienet qed terfa’, Tezor tax-Xewkija, taghhom il-patrun.
U smajt f’daqqa wahda, ghajat illi jtarrax, xhin dehret figurtek, qed tersaq bil-mod. U zdied ic-capcip, hekk kif qorbot fis lejna, u waqfet quddiemna, bilkemm xiber boghod.
Lil qalbi int sraqt, issahhart wara gmielek, xhin kixfu xbiehetek, quddiem dawn l-ghajnejn. U f’qalbi staqsejt, jiena elf mistoqsija, Staqsejt jien lil ommi, l’ ghaliex? Kif? Ghalfejn?
U harset fis lejja, u lissnet minn fommha, ghalfejn dak il-jum, kien tassew bil-wisq kbir, U qaltli li kienet, mill-boghod gejja x-xewqa, li statwa mill-isbah, ta’ Gwanni ssir.
U qaltli li wiehed, b’kunjom Azzopardi, bl-isem, Pietru Pawl, skultur Belti wisq prim, intaghzel mill-kleru, u n-nies tax-Xewkija, kellmuh bil-hsieb taghhom, u lahqu ftehim.
U fis xammar idu, u b’ghageb mar sawwar, minn sigra ta’ tuta, zokk iebes maqtugh, dil-vara wisq sbejha, b’ tant reqqa u hila, li mliet b’ ferh lil qalbna, l-ghajnejna bid-dmugh
U qaltli l-istorja, li sawret lil hajtek, u lili spjegat, ghaliex int qaddis kbir. U lilek habbejt, kif quddiemi lmahtek, u xtaqt li bhall-gemgha, jien ibnek insir.
U kburi hassejtni, li kont hemm mal-gemgha, li maghhom jien kont, meta ghext f’ dak iz-zmien. Ghalhekk f’dan il-jum, qed b’dal-vrus inwasslilkom, il-grajja li qrajt, u ghaddejt fil-hsieb jien. Mario Attard 3 ta’ Settembru 2014
Please login or register to add comments |