Kull sena f’dal-jum sewwa, intenni mistoqsija. X’inhu dal-ferh gewwieni, li nhossu fix-Xewkija? X’inhu dak li jqanqalna, inhallu id-djar taghna, ningabru f’dir-Rotunda, ilkoll daqshekk herqana?
X’inhuwa dan is-seher, li lkoll ninhakmu bih, f’dal-Maqdes singulari, f’dal-lejl sajfi, sabih? Ghaliex huma leqqiena, bid-dmugh, illum l-ghajnejn, u jfawwar, mix-xfar jaqbez, ixarrab lill-haddejn?
X’igaghlna bhala poplu, f’capcip ninfexxu lkoll, u f’kant, tifhir u ghana, kull Xewki lsienu jholl? Jien nemmen b’qalbi kollha, ta’ dan, il-veru ghan, m’huwiex biss ghax min-niCCa, illum johrog San Gwann.
Imhabbar kien zmien ilu, fit-tempju ‘l Zakkarija, li talbu kien instema’, ‘Zabbetta ’ttih tarbija, U kellu t-twelid tieghu, inissel hena kbir, kull qalb gewwa Ein Karem bil-ferh riedet ittir.
U rega’ nhass ferh bhalu, kif Alla Bniedem sar, sew sewwa sitt xhur wara, kif twieled Kristu f’ghar. U baqa’ l-ferh jintiret, fiz-zewg Milidijiet, sew f’ Gunju u f’DiCembru matul iz-zminijiet.
Ghalhekk bil-ferh nitqanqlu, kull sena f’jum bhal dan, ghaliex kif twieled Gwanni, kien mibdi t’Alla l-pjan.
Imnebbha kienu niesna, mis-Sema, ilu zmien, hekk kif lil Gwanni ghazlu, ikun taghhom harsien. Ghax hadd ma qam daqs Gwanni, dan Kristu stqarr bil-fomm, ma twieled hadd kbir daqsu minn gewwa hdan ta’ omm.
U din l-imhabba ssarfet sabiex tissawwar xbieha, ta’ Gwanni il-Battista, ghar-rahal tax-Xewkija. U l-gmiel ta’ dil-figura, sedqitna f’ghaqda kbira, u sahhret ‘l ghawdex kollu, kif rifset fuq dil-gzira.
U s-snin tgerbu u tqalbu, inbiddlu id-drawwiet, w’ghal Gwanni imhabbitna, maz-zmien baqghet tizdied. ghax int kont, ghadek, tibqa’, il-gawhra tax-Xewkin, kbir maqdes tellajnielek, frott l-ghaqda ta’ tant snin.
X’ma tkunx il-qalb mimlija, bil-ferh, ma kullimkien, x’ma jmurx kulhadd ifahhrek u jholl tieghu l-ilsien X’ma nigux hawn bi hgarna sabiex naghtuk tifhir; Twelidek ta’ kull sena, fi qlubna jgib ferh kbir.
Mario Borg 11 ta’ Gunju 2015 Please login or register to add comments |