 | Imnebbah mis-smewwiet l-artist li sawrek, mill-qalba tal-injam ta’ Tuta xiha, mbierka kienu l-ghodod li medd fuqek, biex hareg hekk xbiehetek tant sabiha. Nisthajjel l-iskalpell jobrox il-qoxra, inehhi dak li mhux fil-qies tas-sura, dur idur maz-zokk jgharrex, ifittex, sa ma’ ftit ftit jitmelles mal-figura. Minn kmieni qieghed Gwanni ga jurina, hekk kif l-artist iz-zokk qieghed jizmarra, dak li m’huwiex mehtieg imur,jitnehha, “jekk sigra ma troddx frott titqaccat barra.” U jonqsu id-daqqiet fis-sahha taghhom, kif tibda’ tfigg quddiemu sew ix-xbieha, ckien sewwa l-iskalpell, twarbet il-mazza, ghax issa l-ifjen hidma daqt mibdija. |
Mad-dahar mantell, il-hziem, ix-xaghar tal-gemel, mahduma kif imnebha min-natura, turija ta’ snin twal ta’ penitenza tfulija fid-dezert minn nies mistura.
L-imwarba, il-fqajrin, Gwanni ghex maghhom, u daqshom kien jaf sew tifsir ic-cahda, heggigna l-hobza taghna naqsmu maghhom, “min ghandu zewg ilbiesi jaghti wahda.”
Qed nilmah ir-riglejn fl-injam jitlahmu, u jterrqu mal-inhawi tal-Lhudija, u lilna jistednuna l-pass immiddu, f’triqat li minn kull hotba imwittija.
Il-qadd mehlus mill-ghata qed jitnaqqax, li jixhed tul ta’ hajja boghod mill-ghana, b’ghasel selvagg u gradijiet jitmantna, u ahna bl-abbundanza mhux xebghana.
Is-sider mill-kustilji mghasses sewwa, w’ghalkemm il-qalb fl-injam l-artist le sawwar, nisthajjel li ghal Kristu ga bdiet thabbat, ghaliH sax-xfar bl-mhabba qeghda tfawwar.
L-ispalla tax-xellug xhud ta’ rgulija, ma tmilx mar-rih bhal qasab tal-widien, ma tibza qatt tistqarr dak illi temmen, fejn kelma u ghemil jghammru flimkien.
L-idejn li Gwanni stqarr li “mhuwiex xieraq, li nholl il-qorq ta’ dak li gej warajja,” nisthajjel lill-artist kif lesta, xtaqhom jimtlew mill-gdid bid-demm u jiehdu l-hajja,
u jsehh dak il-mument fix-xatt tax-xmara, kif b’lehen il-Missier is-sema trieghed, biex dawk l-idejn li mhux dehen tal-ilsiera, joghlew it-tnejn flimkien fuq ras l-Imwieghed.
San Gwann hawnhekk nisthajlu iheggigna sabiex minn qalbna nnehhu il-kburija, ghax l-umli huwa wisq moghgub minn Alla, u l-ewwel ghad ikun fl-hena smewwija.
U hawn l-artist itemm xoghol kbir ta’ hila, fuq il-werrej tal-id il-leminija, is-sebgha li bih Gwanni wera ‘l Kristu “hekk hu l-haruf, tad-dinja jnehhi l-htija.”
Jekk drabi tul hajjitna t-triq nitilfu, riglejna mmiddu fi sqaqien milwija, is-sebgha il-werrej mill-gdid jurina, merghat, b’haxix hadran, bl-ilma msaqqija.
Hawn issa l-hidma ddur fuq ras l-Ghammiedi, li sfat minn bojja f’habs hesrem mahsuda, ghax emmen illi l-ghaqda l’Alla fassal, il-bniedem m’ghandu qatt jara mifruda.
Qed nilmah lill-artist mal-wicc jindiehes, inaqqax ix-xaghar twil sa fuq l-ispalla, l-imnieher hadmu dritt hiereg minn gbinu, attent li ebda ghelt ma jmur jithalla.
ga hadu il-haddejn is-sura taghhom, li juru sew ta’ hajtu il-qlubija, in-nisga tal-ghajnejn ta’ ruhu mera’, li sa minn gewwa l-guf mid-dnub mifdija.
Ftit iehor u hidmietu tkun mitmuma, il-fomm, l-artist imur jisiltu l-ahhar, ghax kien minn dan il-fomm li l-Kelma tlehnet, minn l-istess fomm sar-re Erodi ssahhar.
U bil-haruf jistrieh hdejn riglu sewwa, l-artist, mibluh, passejn jintefa’ lura; ghax kif qatt jistghu par idejn ta’ bniedem, inaqqxu f’zokk tas-sema kreatura?
Il-hin tat-tluq fil-qrib u l-artist beka’, u thallat qtar id-dmugh mat-trab taz-zebgha, intghagnu sew flimkien fuq il-paletta, bl-ilwien il-pniezel raw l-injam jinheba.
Qed nilmah lill-artist fuq ghatbet daru, u qalbu qed titnieghed fl-akbar karba, nisthajlu, lil San Gwann jixtiequ lura, biex jghixu t-tnejn flimkien kif kienu darba.
‘Mma Gwanni ga jinsab fi triqtu sewwa, daqt jirfes fuq il-blat tal-gzir’ Ghawdxija, ihalli x-Xatt u jaqbad il-moghdija, li taghha z-zewg nahat bin-nies mimlija.
U kif mill-boghod lir-rahal taghna jilmah, jaqbez bil-ferh, fuq wiccu tfigg tbissima, bhal meta gewwa l-guf ta’ ommu tqanqal, kif sema’ ta’ Marija it-tislima.
U ttella’ iz-zuntier sa gewwa l-knisja, sabiex kemm jghaddu snin hu jghammar fiha, ‘mma mhux biss gewwa l-knisja Gwanni tqieghed, sab post f’kull qalb tal-poplu tax-Xewkija.
Ghaddew is-snin minn din il-grajja kbira, u r-rahal tbiddel hafna fl-istruttura, iddawlu t-toroq, twessghu u d-djar sbiehu, tqalbu d-drawwiet u tbidlet il-kultura,
‘mma haga wahda qatt ma giet mittiefsa, tul mija w sebghin sena ta’ grajjiet, hekk kif flimkien harsitna marru ltaqghu, l-imhabba taghna lejk qatt ma battiet.
Int sirt wiehed ta’ gewwa, wiehed minna, warajk sahhart bi gmielek lix-Xewkin, ir-rabta ta’ bejnietna ghaziz Gwanni, ma tista’ qatt tinhall kemm jghaddu snin.
Mario Borg - 2015 Please login or register to add comments |