Written by Mario Borg
|
Apr 26, 2016 at 12:47 PM |
 | Ghaddieli hsieb minn mohhi, provajt drabi nkeccih, ‘mma kif jisbah filghodu, mill-gdid nerga’ nqum bih.
Li kieku il-Battista, fuq l-art ghex aktar zmien; Mill-habs Erodi helsu, ghax jibza’ minnu kien.
Fejn kien ikun, kif Kristu ghall-mewt hati misjub? Kif gie b’salib tqil mghobbi, biex fuqu jkun mislub?
Qed nara ‘l Gwanni jwiezen il-ghuda, minflok Xmun. Fil-hsieb wisq fqajjar tieghi, x’aktarx hemm kien ikun.
Kif jaslu fuq il-gholja, fuq Kristu, Gwanni jdur, jitolbu b’herqa kbira, biex jiehu postu jmur.
U Kristu jerga jtenni, il-kliem gewwa l-Gurdan: " Ismaghni ghaziz Gwanni, hu xieraq li jsir dan,
u jsehh is-sewwa kollu, kif fl-Eden gie miktub; Fuq l-ghuda, Bin il-Bniedem jehtieg li jkun mislub."
Mario Borg 30 ta’ Marzu 2016 |
Please login or register to add comments |
Last Updated ( May 01, 2016 at 08:41 AM )
|