Dan il-jum, il-holqien kollu ta’ kull sena jistennih. Hadd bhal donnu ma jithajjar jidhol f'daru biex jistrieh.
Tjur sat-tard ghadhom jittajru, bhejjem jirghu fil-widien, fl-ibhra jghum hut ta’ kull xorta, mimli hajja kullimkien.
Anke x-xemx qieghda titlajja, ma tridx tinzel mis-smewwiet. Tghid lil min tixtieq issellem, qabel tghib wara l-gholjiet?
Trid issellem lill-Battista, lill-haddejh tbus b’ragg ta’ dija, hekk kif jixref mir-Rotunda, f’nofs ir-rahal tax-Xewkija.
Mario Borg 25 ta’ Mejju 2016 |