Ma nehda qatt infahhrek,
kull gieh b’fommi naghtik.
Ma’ kull min jien niltaqa’,
f’xi hin ser insemmik.
Bil-bosta kbir dak ismek,
maghzul qabel iz-zmien,
kif kien qieghed jissawwar,
minn Alla l-holqien,
biex tkun musbieh li jdawwal,
il-kewkba taz-zerniq,
habib tal-qalb ghal Ibnu,
fuq l-art thejjilu t-triq.
Gharfien tas-salvazzjoni,
tal-patt l-antik tfakkira,
helsien mill-ghadu taghna,
tal-pjan divin tifsira.
Vangelu l’ghad jinkiteb,
tqanqil ghall-qalb soghbiena,
turija ta’ mhabba,
ta’ Alla int il-Hniena.
‘Mm’ ghalija int fuq kollox,
il-ghaxqa tax-Xewkija,
il-mimmi ta’ ghajnejja,
il-milja tas-sbuhija,
il-ferh li nhoss go fija,
hekk kif niftakar fik,
int ghasel fuq xofftejja,
kull darba li nsemmik.
Mario Borg
15 ta’ Gunju 2016