Written by Mario Borg
|
Jun 30, 2016 at 06:15 AM |
Illum qalbi go sidri tinqasam trid f’elf bicca. Illum se jhaddnuk lura mill-gdid hitan in-nicca. Illum qalbi go sidri titnieghed fl-akbar karba. Min jaf jekk din il-festa ghixthiex ghall-ahhar darba? Min jaf x’hemm jistennieni fil-jiem, xhur li gejjin? Min jaf jekk sena ohra inkunx ghad mal-hajjin? Min jaf kemm Alla jiemi fuq l-art sejjer izid? Min jaf is-sena d-diehla narakx tixref mill-gdid? Mario Borg 30 ta’ Gunju 2016 (Poezija fl-okkazjoni tad-dhul lura ta’ San Gwann fin-nicca)
Please login or register to add comments |