Hafna nies jattendu ghal-attivitajiet tal-Festa tal-Martirju ta' San Gwann ta' din is-sena |
|
|
|
Written by Frans Galea
|
Aug 30, 2016 at 09:16 PM |
Nistghu nghidu li kienu hafna ix-Xewkin u anke Ghawdxin li hadu sehem fil-Festa tal-Martirju tal-Battista li saru f'dawn l-ahhar jiem fix-Xewkija. l-attivitajiet bdew it-Tlieta 23 t'Awwissu bl-ikla mil-Kumitat Armar Xewkija u ntemmu il-bierah it-Tnejn 29 t'Awwissu 2016. Fost l-attivitajiet principali kien hemm it-Tridijiet li saru ghat-tfal minn Dun Trevor Sultana kif ukoll il-loghob '' Giochi.. It's a Knockout '' li saru is-Sibt 27 t'Awwissu. L-ghada il-Hadd kien hemm il-marc mil-Banda Prekursur kif ukoll il-Quddiesa sollenni ta' Radd il-Hajr minn Mons. Alfred Girma fl-okkazzjoni tat-tmiem tal-hidma tieghu fil-Kanada u l-hatra tieghu bhala Monsinjur tal-Papa. Imbaghad it-Tnejn 29 t'Awwissu kien il-qofol tal-Festi fejn fil-Knisja Rotunda sar il-Pomtifikal Sollenni mmexxi mil-Isqof Mons. George Bugeja Isqof ta' Tripli fil-Libja u wara serata ta' marci mill-Banda Prekursur tax-Xewkija kif ukoll ghana flimlien ma' ikel u loghob ghat-tfal fil-Pjazza tax-Xewkija. Mijiet ta' nies attendew ghal-din l-attivita.
Please login or register to add comments |