Lejliet il-Milied 2016 fix-Xewkija |
|
|
|
Written by Frans Galea
|
Dec 26, 2016 at 05:05 PM |
Nhar is-Sibt, 24 ta' Dicembru, lejlet il-Milied bhal kull sena saret il-Purcissjoni tal-Bambin organizzata mis-Socjeta tal-Museum bis-sehem tal-Banda Prekursur. Ta' min isemmi li din is-sena, kien jahbat il-50 sena minn meta l-Banda Prekursur bdiet takkumpanja l-purcissjoni tal-Bambin bid-daqq ta' ghanjiet tal-Milied. Il-Banda Prekursur kienet l-ewwel banda Ghawdxija li bdiet iddoqq waqt il-purcissjonijiet tradizzjonali tal-Bambin li jsiru f'bosta rhula fi gziritna. Wara li intemmet il-purcissjoni, fil-Knisja Rotunda gie mtella' programm qasir bis-sehem tal-oqsma tas-Subien u tal-Bniet, li ghalih kien hemm attendenza sabiha hafna. It-tfal tal-Museum tal-Bniet wasslulna diversi ghanjiet tal-Milied, filwaqt li Francesco Xuereb waslilna poezija sabiha. Din is-sena t-tfal u l-istudenti li jattendu l-Museum tas-Subien waslulna l-play bl-isem 'Il-Kewkba tal-Milied', kitba ta' Paul Grech. Il-priedka tradizzjonali tat-tifel din is-sena saret minn Simon Rapa. Il-programm fil-Knisja ntemm b'messagg mis-Superjur Toni Grima u mill-Arcipriet tal-Parrocca taghna, Mons. Daniel Xerri.
Please login or register to add comments |