Radju Prekursur jaghlaq ghoxrin sena |
|
|
|
Written by Frans Galea
|
Jun 15, 2017 at 09:32 PM |
Nhar it-Tlieta, 13 ta' Gunju fil-5.30pm l-Arcipriet Mons. Daniel Xerri mexxa quddiesa ta' Radd il-Hajr fl-okkazjoni tal-20 anniversarju minn meta Radju Prekursur beda jxandar. Kien proprju fit-13 ta' Gunju 1997 li Radju Prekursur xandar ghall-ewwel darba mis-sala ta' fuq is-Sagristija fil-Knisja Rotunda. Ghal din il-quddiesa attendew diversi persuni li qed joffru s-servizz volontarju taghhom biex Radju Prekursur ikun jista' jwassal il-programmi tieghu lis-semmiegha tieghu. Fil-kelmtejn li ghamel l-Arcipriet tkellem dwar l-importanza tas-servizz li joffri Radju Prekursur specjalment lill-morda u l-anzjani li ma jistghux johorgu minn djarhom. Filwaqt li rringrazzja lil dawk kollha li matul dawn l-ghoxrin sena offrew sieghat twal ta' hidma b'mod volontarju, huwa appella wkoll biex aktar persuni joffru s-servizz volontarju taghhom biex Radju Prekursur ikun jista' jkompli joffri s-servizz tieghu lis-semmiegha tieghu. Waqt il-quddiesa tqasmet ukoll tifkira tal-okkazjoni lil dawk kollha prezenti.
|
Please login or register to add comments |
Last Updated ( Jun 15, 2017 at 09:33 PM )
|