Carmelo Pace jirbah l-unur '' Hidmet iz-Zghazagh -2017 '' |
|
|
|
Written by Frans Galea
|
Nov 27, 2017 at 08:14 PM |
Carmelo Pace inghata l-unur '' Hidmet iz-Zghazagh ''Nhar is-Sibt 25 ta' Novembru 2017 waqt is-serata ta' '' Jum ix-Xewkija 2017 '' li-player tax-Xewkija Tigers Carmelo Pace inghata l-unur '' Hidmet iz-Zghazagh ''. Carmelo Pace se jaghlaq tmintax is-sena ix-xahar id-diehel, fis-17 ta’ Dicembru 2017. Huwa tewmi ma’ ohtu, Maria u ghandu huh ikbar minnu, Yorn. L-imhabba ghal football kienet dejjem go fih. Carmelo jifforma parti mit-tim ta’ l-Under 18 tax-Xewkija Tigers. Carmelo issa ilu jattendi training sessions mal-football tim ta’ l-iSpecial Olympics mill-bidu t’April 2016, minn meta infethet is-sezzjoni ta’ l-iSpecial Olympics f’ Ghawdex. Illum il-gurnata jattendu sezzjonijiet tat-training f’Malta. Fil-24 ta’ Gunju 2016 ha l-ewwel darba sehem fin-National Games kontra Cipru u t-tim tieghu rebah id-deheb. Din is-sena kienet sena ta’ success ghal Carmelo hekk kif kien strumentali biex it-tim tal-Football ta’ l-iSpecial Olympics rebah id-deheb fil-“Games of Inclusion” Special Olympics Italy. Barra milli kien l-ewwel Ghawdxi li ppartecipa fit-tim ta’ l-Ispecial Olympics Malta, Carmelo halla l-marka tieghu b’permezz tas-sitt goals li huwa skorja ghat-tim Malti.
Please login or register to add comments |
Last Updated ( Nov 27, 2017 at 08:27 PM )
|