Din is-sena s-sit Xewkija.net qed jaghlaq 10 snin min meta gie varat. Kien ezatt il-Hamis 17 ta' April 2008 li nkitbet l-ewwel pagna fuq dan is-sit, li tghat merhba lil dawk kollha li zaruha. Fil-fatt f'dawn is-snin kollha kellna kummenti min diversi persuni, kemm lokalmanent kif ukoll mill-erbgha t'irjieh tad-dinja, fosthom min hafna emigranti fl-Awstralja, Amerika, Canada, Ingilterra u pajjizi ohra. Is-sit Xewkija.net kien referenza ta' informazjoni u ritratti li joffri r-rahal taghna, li, li kieku ma kienx dan is-sit, hadd ma kien ser iwassal din l-informazzjoni.
Informazzjoni li hafna minnha tigi migbura b'tant impenn min Frans Galea, li jiehu hsieb, jikteb l-artiekli, jiehu r-ritratti, u jtellaghhom online.
Matul iz-zmien, nhass ukoll il-bzonn li jizdiedu xi sezzjonijiet ohra. Fost dawn insemmu s-sezzjoni tal-Poezija. Fejn hawnhekk gie avvicinat Mario Borg, li accetta bil qalb kollha li jpoggi poeziji, il-bicca l-kbira taghhom mill-pinna tieghu stess. Sezzjoni ohra hija s-sezzjoni tal-istorja. Din is-sezzjoni tiehu hsieba Joanna Falzon. F'din is-sezzjoni, Joanna tpoggi tifkiriet li x-Xewkija ghaddiet minnhom tul iz-zmien. Sezzjoni ohra kienet ir-ritatt tal-gimgha, fejn hafna kienu li bghatu ritratti biex intellghuhom online. Minkejja li meta nfetah dan is-sit, is-social media kien ghadu fil bidu tieghu, Xewkija.net kien l-uniku mezz biex wiehed seta jisma u jara ahbarijiet fuq x'inhu ghaddej f'art twelidu. Ahbarijiet, li hafna minnhom kienu jkunu gejjin min xi ghaqda jew grupp fix-Xewkija. Sal-lum l-artikli miktuba huma mat-3500 artieklu, li huma medja ta' ftit inqas min artieklu kuljum. Il-pagni rikjesti kienu ta' iktar min 30 miljun darba. Illum Xewkija.net jinsab ukoll fuq is-social media, bhal facebook kif ukoll ghandu l-youtube channel tieghu. Ghal din l-okkazjoni, Xewkija.net qed izzanzan ukoll logo gdid. Il-logo juri l-arma tax-Xewkija, mdahhla fin-numru 10, li huma is-snin li ilu mwaqqaf s-sit. Mdawwra ma dawn hemm xibka li tissimbolizza n-'network', li qed tghaqqad tlett bnadar ta' pajjizi li xi whud mis-segwaci gejjin minnhom. Filwaqt li nawguraw lil dawk kollha li b'xi mod ghenu biex dan is-sit iwassal l-informazzjoni, nittamaw li intom li qed issegwuna, tkomplu taghmlu dan, u twasslu l-kummenti taghkom u kritika kostruttiva taghkom biex is-servizz taghna mhux biss ikompli, izda jkompli jitjieb fis-snin li gejjin. Grazzi talli ssegwu Xewkija.net. ------------------------------------------------------------- News pages to date: 3474 Page Requests to date: 30,131,357 (at 16/04/2018) Please login or register to add comments |