89 Anniversarju tal-Banda Prekursur |
|
|
|
Written by Frans Galea
|
May 18, 2018 at 01:43 PM |
Nhar il-Gimgha, il-11 ta’ Mejju 2018, saret serata muzikali mill-alljievi tal-banda fis-sala Zakkarija Cilia fil-kazin tal-banda Prekursur. Is-serata bdiet b’quddiesa mill-Vici arcipriet Dun Gwann Meilak fl-okkazjoni tad-89 anniversarju tat-Twelid tal-Banda Prekursur. Il-prezentatrici ta’ din is-serata kienet is-Sinjura Elaine Zammit Haber bandista tal-banda Prekursur.[ Informazzjoni : M'Angelo Camilleri ]
|
Sar appuntament annwali li l-Kumitat tas-Socjeta’ Filarmonika Prekursur jorganizza din l-attivita tal-aljievi fejn dawn ta’ l-ahhar urew il-hiliet taghhom fejn tirrekjedi l-arti muzikali. L-aljievi li jppartecipaw gew imharga mill-ghalliem taghhom Mro Mark Gauci. L-ewwel aljiev kien Simon Rapa li bil-flugelhorn doqqilna silta li ggib l-isem ‘Pink Panther, kitba ta’ Henry Mancini’. It-tieni aljiev kien Sean Paul Azzopardi li fuq l-Althorn daqq is-silta ‘Skye Boat Song’. It-tielet aljiev lil kien Jean Carl Muscat li fuq it-trombun daqq is-silta ‘Folk Song’. Ir-raba aljiev kien Gwann Battista Camilleri, li bil-kurunetta daqq is-silta ‘ He’s a Pirate’ ta’ Hans Zimmer. Wara l-President tal-banda s-Sur John Vella qasam certifikat tal-partecipazzjoni lill-aljevi li hadu sehem f’din is-serata. Ghat-tielet sena konsekuttiva, fuq inizjattiva ta’ Salvu Azzopardi, il-Kumitat tas-Socjeta` Filarmonika Prekursur, taghti l-premju l-Aljev tas-Sena. Dan ir-rikonoxximent, jinghata b?ala apprezzament tal-inpenn li l-aljevi juru lejn is-Socjeta`. Dan ir-rikonoxximent jinghata fuq bazi ta’ attendenza u preparazzjoni. Ma kienitx decizjoni facli ghal kumitat. Wara konsultazzjoni mas-surmastrijiet, il-Premju Aljev tas-sena 2018 inghata lil zewg aljevi, Simon Rapa u Gwann Battista Camilleri, zewg studenti li s-sena ohra saru bandisti tal-banda Prekursur. Hawn il-President tas-Socjeta’ is-Sur John Vella qassam il-prempju lil Simon Rapa u Gwann Battista Camilleri. Hekk kif spiccat l-ahar silta muzikali, saret powerpoint dwar is-Sur Wenzu Camilleri li kien, membru tal-kumitat, bandist, Kaxxier u President tal-banda. Ta’ kull sena, il-Banda Prekursur, tfakkar il-memorja ta’ membru tas-Socjeta’, hu ghalhekk, f’gheluq il-mitt sena mit-twelid tieghu, il-Kumitat haseb biex tinghata tislima lis-Sur Wenzu Camilleri, il-disa President ta’ din-Socjeta’. Wara s-Sur Omar Camilleri qara poezija mil-isbah dwar Wenzu Camilleri. Ta’ min ifakkar li Omar huwa bandist fi hdan is-Socjeta’ u jigi n-nepputi ta’ Wenzu Camilleri. Hekk spiccat is-serata ta’ jum il-banda 2018, l-powerpoint ha hsieb is-Sur Jason Attard. Please login or register to add comments |
Last Updated ( May 18, 2018 at 01:56 PM )
|