Halba xita l-ghada tal-Festa |
|
|
|
Written by Frans Galea
|
Jul 06, 2018 at 05:43 PM |
Appena dahlet il-purcissjoni bil-vara ta' San Gwann il-Hadd 24 ta' Gunju 2018, il-Kumitat ta' l-armar flimkien mal-kumitat taz-zghazagh bdew hidma kbira biex izzarmaw il-bicca kbira ta' l-armar specjalment dak kollu li setghet tigrilu hsara bix-xita. Dan il-hidma damet sejra sa kmieni filghoddu tat-Tnejn 25 ta' Gunju. Infatti wara ftit li marru jistrihu bdiet tingema shaba sewda li mal-hin bdiet tigber biex ghat-8.30am bdiet miezla ix-xita li damet mhux hazin. Infatti fix-Xewkija gew imkella 4.0mm ta' xita.
Please login or register to add comments |